Trattat ta' Lisbona

X'inhu t-Trattat ta' Lisbona?

Dak li tista' tagħmel l-UE, u liema mezzi tista' tuża, huma definiti fit-tliet trattati regolatorji tagħha. Dawn it-trattati huma: it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom. It-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-2009, huwa l-aħħar wieħed f'serje ta' trattati li, s'issa, emendaw it-trattati regolatorji.

Xi eżempji tal-oqsma koperti mit-trattati huma: is-suq intern, l-agrikoltura u s-sajd, il-politika ekonomika u monetarja, spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u r-relazzjonijiet esterni.

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn li ġejjin: