Ċittadinanza tal-UE

Kif nista' nikseb iċ-ċittadinanza tal-UE?

Kull min għandu ċittadinanza ta’ Stat Membru huwa ċittadin tal-Unjoni. Iċ-ċittadinanza tal-UE tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri u ma tiħux postha.

Kull Stat Membru, filwaqt li jirrispetta l-liġi tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-akkwist jew it-telf taċ-ċittadinanza. L-Unjoni Ewropea m'għandha ebda ġurisdizzjoni f'dan ir-rigward.