Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Opportunitajiet ta' impjieg fis-Segretarjat Ġenerali

Avviżi ta' karigi battala fil-Kunsill

Bħalissa m'hemmx karigi battala

CONS/AD/105

Pożizzjoni ta’ Direttur, grupp ta’ funzjoni AD, grad 14, hija vakanti fid-Direttorat 2 (Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija) tad-Direttorat Ġenerali E, Ambjent, Edukazzjoni, Trasport u Enerġija fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell (ĠU C 277 A, 22.08.2014).

Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet: 24 ta' Settembru 2014

Formola tal-applikazzjoni u dettalji

Opportunitajiet ta' impjieg permanenti

Is-Segretarjat Ġenerali (SĠK) jimla l-karigi battala prinċipalment permezz ta' reklutaġġ ta' uffiċjali permanenti minn istituzzjonijiet oħrajn tal-UE jew mil-listi ta' riżerva ta' kandidati li rnexxew f'kompetizzjonijiet miftuħin għall-pubbliku.

Il-kompetizzjonijiet jiġu organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO). Dawn huma eżamijiet ta' reklutaġġ kompetittivi mfasslin biex jivvalutaw il-ħiliet tal-kandidati permezz ta' sensiela ta' testijiet differenti, biex jiġi żgurat li jintgħażlu biss l-aħjar kandidati. Jiġu organizzati kompetizzjonijiet miftuħin għall-pubbliku għal profili differenti u dawn jistgħu jeħtieġu ħiliet u kwalifiki speċifiċi. Il-kandidati li jirnexxu fil-kompetizzjoni jitqiegħdu fuq lista ta' riżerva u din tintuża mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jimpjegaw in-nies kif u meta jeħtieġu.

Minn żmien għal żmien, is-SĠK jorganizza kompetizzjoni skont il-ħtiġijiet tiegħu, biex jimla karigi speċjalizzati ħafna. Dawn il-karigi battala jiġu ppubblikati fil-parti ta' fuq ta' din il-paġna u fuq is-sit elettroniku tal-EPSO.

Jekk inti interessat li taħdem magħna, għandek tfittex regolarment fis-sit elettroniku tal-EPSO, fejn tista' ssib informazzjoni dwar kompetizzjonijiet futuri u kif tista' tħejji ruħek għalihom.

 

Opportunitajiet ta' impjieg mhux permanenti

Persunal b'kuntratt

Mas-SĠK hemm impjegati numru limitat ta' aġenti b'kuntratt, magħżulin minn fost kandidati rreġistrati fil-bażi tad-data CAST tal-EPSO jew minn listi ta' riżerva jew bażijiet tad-data kkompilati minn istituzzjonijiet oħrajn.

Fit-tfittxija għal membri tal-persunal b'kuntratt, l-Uffiċċju tar-Reklutaġġ tas-SĠK jikkuntattja lil kandidati bi profili li l-aktar li jaqblu mal-profil tal-impjieg. Għaldaqstant nirrakkomandaw li inti żżomm il-CV tiegħek aġġornat fil-bażi tad-data li tagħha inti tagħmel parti.  

Persunal temporanju

Minn żmien għal żmien, is-SĠK jorganizza proċeduri tal-għażla għal aġenti temporanji. Dan, prinċipalment, bil-għan li jimtlew karigi battala għal profili speċjalizzati ħafna li, dak iż-żmien, ma jkunux disponibbli fil-listi ta' riżerva tal-EPSO. Kwalunkwe proċedura għall-għażla ta' aġenti temporanji tiġi rreklamata fin-naħa ta' fuq ta' din il-paġna kif ukoll fuq is-sit elettroniku tal-EPSO.

Applikazzjonijiet spontanji

Il-kuntatti kollha mal-kandidati jiġu ttrattati mill-Uffiċċju tar-Reklutaġġ tas-SĠK. Minħabba l-politika tar-reklutaġġ u tal-għażla, l-Uffiċċju tar-Reklutaġġ ma jistax jittratta applikazzjonijiet spontanji għall-impjiegi, saħansitra minn kandidati li rnexxew f'kompetizzjoni.

F'konformità mar-regoli tas-SĠK dwar il-protezzjoni tad-data, l-applikazzjonijiet kollha mhux issolleċitati jitħassru mhux iktar tard minn sitt xhur wara li jaslu. L-applikazzjonijiet mhux issolleċitati jirċievu tweġiba awtomatika b'informazzjoni ġenerali dwar ir-reklutaġġ fi ħdan is-SĠK.

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?