Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Trasparenza u Aċċess għal Dokumenti

Il-prinċipju ta' trasparenza jfisser li l-pubbliku għandu dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill. Dan ifisser ukoll li l-Ministri jiddibattu u jivvutaw pubblikament dwar l-atti leġislattivi tal-UE futuri kollha. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-abbozz ta' atti leġislattivi huma stabbiliti fl-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Ir-Reġistru Pubbliku ta' dokumenti, li ilu operattiv mill-1 ta' Jannar 1999, fih referenzi għal dokumenti mhux sensittivi ppreżentati lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill jew lil wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu li għandhom iservu bħala bażi għal deliberazzjonijiet, jistgħu jinfluwenzaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew jirriflettu l-progress li sar dwar suġġett partikolari.