Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

L-arkivji tal-Kunsill tal-UE

L-arkivji tal-Kunsill jiġbru u jipproċessaw id-dokumenti li jipproduċi jew jirċievi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea waqt l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. L-arkivji ta' fajls magħluqin aktar minn 30 sena ilu huma aċċessibbli għall-pubbliku.

Dettalji tal-kollezzjoni

Il-kollezzjoni fl-arkivji tal-Kunsill hi maqsuma skont l-istadji differenti tal-bażi legali tal-UE:

  • il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), kif definita fit-Trattat ta' Pariġi (1952) (kollezzjoni CM1)
  • il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), kif definita fit-Trattati ta' Ruma (1957) (kollezzjoni CM2)
  • l-Unjoni Ewropea, mit-Trattat ta' Maastricht sat-Trattat ta' Lisbona (kollezzjoni CM4)
  • l-Unjoni Ewropea kif definita fit-Trattat ta' Lisbona (kollezzjoni CM8)

Il-kollezzjoni tkopri wkoll fajls dwar negozjati intergovernattivi, bħalma huma:

  • negozjati għal trattati, bħalma huma t-Trattati ta' Ruma (kollezzjoni CM3)
  • negozjati għat-tkabbir tal-UE (kollezzjoni CM5)
  • negozjati fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Yaoundé, il-Konvenzjoni ta' Lomé u l-Ftehim ta' Kotonù (kollezzjoni CM6)
  • negozjati b'rabta maż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u pajjiżi li mhumiex fl-UE (kollezzjoni CM7)

Il-kollezzjoni fl-arkivji tal-Kunsill tikkonsisti l-aktar minn minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u fajls għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, għall-Coreper u laqgħat ta' kumitati oħra. Fiha wkoll fajls baġitarji u fajls dwar it-tħejjija ta' direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet f'firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika.

Id-dokumenti huma ġeneralment disponibbli bil-lingwi uffiċjali tal-UE li kienu jintużaw fiż-żmien li nkitbu.

 

Aċċess pubbliku

Fajls u dokumenti eqdem minn 30 sena huma aċċessibbli għall-pubbliku. Id-dokumenti oriġinali jintbagħtu lill-arkivji storiċi tal-UE, maħżunin fl-Istitut Universitarju Ewropew ġewwa Firenze. Mikrofiches u/jew kopji elettroniċi tad-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati fl-arkivji tal-Kunsill fi Brussell.

Hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju fil-każ ta' dokumenti klassifikati jew bħala protezzjoni għal:

  • il-privatezza u l-integrità tal-individwi
  • interessi kummerċjali, inkluż proprjetà intellettwali

Fajls u dokumenti li mhumiex eqdem minn 30 sena jinstabu fir-reġistru pubbliku jew billi tintbagħat talba għal dokument. 

 

Gwida għall-arkivji tal-ministeri tal-affarijiet barranin tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE

Il-"gwida blu" nħolqot għall-arkivji tal-ministeri tal-affarijiet barranin tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE. Din tagħti dettalji dwar il-kuntatt, l-aċċess, il-post, id-disponibbiltà u l-istruttura ta' dawk l-arkivji. Hija r-riżultat ta' ħidma konġunta mill-Grupp tal-Arkivisti tal-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE, imwaqqaf fl-1987.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?