Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-baġit tal-UE tal-2013

Fl-24 ta' Lulju l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit għall-2013. Il-ministri qablu li ż-żieda fil-pagamenti m'għandhiex tkun ogħla minn 2.79% meta mqabbla mal-baġit tal-2012.


© Fotolia 

F'ċifri assoluti, il-pożizzjoni tal-Kunsill tammonta għal 132.70 biljun euro f'pagamenti (jiġifieri ammonti reali li jistgħu jitħallsu fl-2013) u 149.78 biljun euro f'impenji (jiġifieri wegħdiet li jintefqu l-flus, li m'għandhomx neċessarjament jitħallsu fl-2013, iżda jistgħu jitqassmu matul diversi snin finanzjarji)  

Hu jikkostitwixxi żieda ta' 3.61 biljun euro f'pagamenti u 1.88 biljun euro f'impenji meta mqabbla mal-baġit tal-2012, iżda tnaqqis ta' 5.23 biljun euro u 1.15 biljun euro rispettivament meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit tal-2013.

Id-deċiżjoni ttieħdet b'kont meħud tar-riżultati ta' implimentazzjoni tal-baġit fil-passat u l-kapaċitajiet ta' assorbiment realistiċi kif ukoll is-sitwazzjoni attwali inġenerali tal-finanzai pubbliċi tal-Istati Membri.

Il-Kunsill alloka l-akbar żieda – +6.71% f'pagamenti – għat-tkabbir sostenibbli ("intestatura1"). L-akbar parti taħt din l-intestatura ġiet allokata għall-politika ta' koeżjoni tal-UE (sotto-intestatura 1b), li tirrappreżenta żieda ta' 8.07%.

Qasam ieħor ta' prijorità ffinanzjat mill-baġit tal-UE, skont il-pożizzjoni tal-Kunsill, hu l-politiki tal-UE fl-ispazju ta' liberta, sigurtà u ġustizzja, inklużi l-attivitajiet relatati mal-fruntieri esterni u l-migrazzjoni (żieda ta' 5% f'pagamenti).

Il-pożizzjoni tal-Kunsill ser isservi bħala mandat għall-Presidenza Ċiprijotta biex tinnegozja l-baġit tal-UE tas-sena d-dieħla mal-Parlament Ewropew, li hu mistenni jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill f'Ottubru ta' din is-sena.
 

Aktar informazzjoni:
Stqarrija għall-istampa
Webcast tal-konferenza stampa (video)

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?