Fiducja fiz-zghazagh


© Komunitajiet Ewropej

Il-klima ekonomika li kull ma jmur qed tiddeterjora hija mistennija li jkollha impatt qawwi fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien taż-żgħażagħ f'termini ta' qgħad u edukazzjoni, u tirrendihom aktar vulnerabbli għall-esklużjoni u inqas kapaċi li jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom.

Biex jittratta dawn l-isfidi, fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Frar il-Kunsill Żgħażagħ adotta messaġġi importanti dwar il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ.Il-Patt kien introdott fl-2005, u ffoka fuq l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ u l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol.Is-suġġerimenti ser jiġu ppreżentati fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f'Marzu bħala parti mir-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Lisbona.

Il-Kunsill jirrakkomanda implimentazzjoni aħjar tal-Patt għaż-Żgħażagħ, li tagħmilha iżjed faċli li jsir il-pass mill-edukazzjoni għall-ħajja tax-xogħol u tiġġieled kontra l-inattività u l-qgħad, kif ukoll li tingħata aktar attenzjoni lill-importanza taż-żgħażagħ għall-kreattività, l-innovazzjoni u l-imprenditorija.Il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li jgħixu fil-faqar għandhom jingħataw prijorità għolja.

L-emanċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli għalihom biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, biex iwettqu l-potenzjal tagħhom, biex jaħdmu u jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà hija essenzjali għat-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll għall-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.

Aktar informazzjoni:

Stqarrija ghall-Istampa mill-Kunsill (en) (pdf)

Webcast tal-Kunsill ta' konferenza stampa

Attivitajiet li jmiss:

Kunsill Enerġija, 19 ta' Frar 2009



18/02/2009