|
Difiża tal-Greċja u ż-żona tal-euro
 |
|
© Fotolia
|
Fis-7 ta' Mejjul-kapijiet ta' stat u ta' gvern taż-żona tal-euro ffinalizzaw proċeduri biex jiġi implimentat il-pakkett ta' appoġġ ta' 110 biljun euro għall-Greċja, waslu għall-ewwel konklużjonijiet tal-kriżi għall-governanza taż-żona tal-euro u ddiskutew ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
"Il-kapijiet kollha ta' stat u ta' gvern huma totalment konxji li qed niffaċċjaw sitwazzjoni serja fiż-żona tal-euro.Hija tirrigwarda r-responsabbiltà, u s-solidarjetà.Aħna ser niffaċċjaw is-sitwazzjoni flimkien", qal Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, fil-konferenza tal-istampa wara l-laqgħa.
Il-Greċja adottat programm ambizzjuż u realistiku sabiex tindirizza l-iżbilanċi fiskali ferm serji u ttejjeb il-kompetittività.Ir-riformi ser jipprovdu bażi għal tkabbir aktar b'saħħtu u aktar sostenibbli u għal ħolqien tal-impjiegi.
Sabiex iwieġbu għall-kriżi finanzjarja, il-mexxejja tas-16-il pajjiż taż-żona tal-euro huma impenjati li jużaw il-firxa sħiħa ta' mezzi disponibbli biex jiżguraw l-istabbiltà, l-unità u l-integrità taż-żona tal-euro.Il-konsolidazzjoni u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi hija prijorità.Huma ser jieħdu l-miżuri neċessarji biex jilħqu dan l-objettiv u jappoġġaw bis-sħiħ il-Bank Ċentrali Europew fl-azzjoni tiegħu biex jiżgura l-istabbiltà taż-żona tal-euro.Ser jiġi diskuss mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni Ewropew f'laqgħa straordinarja tal-Ecofin il-Ħadd 9 ta' Mejju.
Barra minn dan, huma deċiżi li jsaħħu l-governanza taż-żona tal-euro.Dan għandu jsir permezz ta' sorveljanza ekonomika u koordinazzjoni msaħħa fiż-żona tal-euro, regoli rinfurzati għas-sorveljanza tal-pajjiżi tal-euro, inklużi sanzjonijiet aktar effettivi, u qafas robust għall-maniġġar ta' kriżijiet.
Finalment, huma jikkunsidraw neċessarju li jissaħħu t-trasparenza, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, b'mod partikolari r-rwol tal-aġenżiji ta' klassifikazzjoni, u biex tiġi miġġielda l-ispekulazzjoni.Ser tiġi intensifikata l-ħidma dwar kif jiġi ttrattat il-maniġġar ta' kriżijiet fis-settur finanzjarju, inkluż kontribut sostanzjali tas-settur għall-ispejjeż tal-kriżi.Dawn il-kwistjonijiet ser jiġu diskussi fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.
Aktar informazzjoni:
Dikjarazzjoni tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern taż-żona tal-euro
Webcast tal-konferenza għall-istampa
|