Ecofin: Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew


© Unjoni Ewropea, 2011

22/10/2011

Fit-22 ta' Ottubru, il-Kunsill Ecofin ħejja l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru fir-rigward ta' miżuri biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni dwar is-swieq finanzjarji, terġa' tinkiseb il-fiduċja u jitrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-rikapitalizzazzjoni u l-finanzjament tal-banek - parti minn strateġija komprensiva li għandha tiġi definita mill-Kunsill Ewropew u mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern taż-żona tal-euro.

Il-President tal-Ecofin, il-Ministru tal-Finanzi Pollakk Jan Vincent-Rostowski, ser jippreżenta r-riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Għal aktar tagħrif:
Stqarrija ghall-istampa