Patt Euro Plus: kwistjonijiet fiskali għal diskussjoni


Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 30 ta' Novembru 2011.
© Unjoni Ewropea

01/12/2011

Il-koordinazzjoni tal-politika fiskali bejn l-istati membri li jipparteċipaw fil-Patt Euro Plus hija lesta biex tiżdied, wara li l-ministri tal-finanzi tat-23 Stat Membru li qed jipparteċipaw adottaw fit-30 ta' Novembru rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-kwistjonijiet li għandhom jiġu kkoordinati bejniethom fil-futur.

L-hekk imsejjaħ "djalogu strutturali" ġie propost fil-Patt Euro Plus bħala mezz biex l-istati membri parteċipanti jikkoordinaw il-politiki fiskali tagħhom.

Il-koordinazzjoni prammatika dwar il-politika fiskali titqies li hi neċessarja bħala parti mill-isfrozi għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika bejn l-istati membri taħt il-Patt Euro Plus. Għandha, fost l-oħrajn, ittejjeb il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali.

Ir-rapport tal-ministri tal-finanzi (li ser jintbagħat lill-Kunsill Ewropew, kif meħtieġ mill-Patt) jidentifika kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fid-djalogu strutturat.

- evitar ta' prattiki dannużi;
- ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali;
- skambju tal-aħjar prattiki;
- kooperazzjoni internazzjonali.

Il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar kwistjonijiet fiskali ser ikun il-punt fokali għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali.

Il-Patt kien konkluż mit-23 stat membru tal-UE f'Marzu 2011 u jibqa' miftuħ għal stati membri oħrajn li jridu jingħaqdu. Huwa għandu l-għan li jippromwovi l-kompetittività u l-impjiegi, filwaqt li jikkontribwixxi aktar għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja.

Aktar informazzjoni:
Konferenza stampa
Webcast tal-konferenza stampa