Innovazzjoni u ugwaljanza - żewġ kunċetti ċentrali tal-Presidenza Spanjola
 |
|
Miguel Ángel Moratinos, il-Ministru Spanjol tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni u l-President tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, waqt il-konferenza stampa fi Brussell tal-25 ta' Jannar 2010 Ritratt: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
|
L-innovazzjoni tal-Ewropa, rigward it-trawwim tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat ta' Lisbona;u l-ugwaljanza, f'termini ta' ugwaljanza taċ-ċittadini Ewropej iżda wkoll id-drittijiet universali tal-bniedem, huma żewġ prinċipji li fuqhom huma bbażati l-prijoritajiet ta' Spanja matul il-Presidenza tagħha tal-Kunsill fl-ewwel nofs tal-2010.
Waqt il-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta' Jannar, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' Spanja Miguel Ángel Moratinos ippreżenta il-programm ta' ħidma tal-Presidenza lill-kollegi tiegħu.
L-għan ewlieni tal-Presidenza huwa li jiġi msaħħaħ ir-rilanċ ekonomiku fl-Unjoni kollha.Hija timmira li ttejjeb il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE tal-linji politiċi ekonomiċi tal-istati membri bħala parti mill-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi UE 2020, li għandha tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew.
Bħala l-ewwel presidenza b'rotazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, Spanja ser tappoġġa bis-sħiħ il-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew fl-attivitajiet kollha tiegħu.Hija ser tikkollabora mill-qrib miegħu u mar-Rappreżentant Għoli biex issaħħaħ il-politika barranija tal-Unjoni, sabiex l-UE tkun tista' tasserixxi lilha nnifisha aktar fix-xena globali, filwaqt li tippromwovi l-paċi u l-ġustizzja.
Spanja trid tiżviluppa wkoll id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini.B'mod partikolari, hija trid tippromwovi ugwaljanza reali bejn l-irġiel u n-nisa u tiġġieled kontra vjolenza sessista b'inizjattivi konkreti bħall-ordni Ewropea ta' protezzjoni għall-vittmi.
Aktar informazzjoni:
Programm tal-Presidenza Spanjola (pdf)
Dibattitu tal-Kunsill
Webcast tal-konferenza stampa tal-Kunsill
Stqarrija tal-Kunsill għall-istampa