Aktar flessigurtà u ħiliet aħjar


Is-sitwazzjoni tal-impjiegi teħtieġ miżuri rinfurzati.
© Komunitajiet Ewropej

L-istati membri tal-UE għandhom jiffokaw il-politiki tal-impjiegi tagħhom fuq iż-żieda tal-flessibbiltà u s-sigurtà (flessigurtà) fis-suq tax-xogħol u jiżguraw tqabbil aħjar ta' ħiliet.Dan huwa wieħed mill-messaġġi prinċipali li ħareġ mir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2008/2009, adottat mill-ministri għall-impjiegi mlaqqgħin fil-Kunsill fid-9 ta' Marzu.Dan id-dokument annwali jagħti aġġornament tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Unjoni kollha.

Ir-rapport jindika li minkejja l-kriżi attwali, sar progress u s-swieq tax-xogħol Ewropej, f'ħafna modi, qed jiffunzjonaw aħjar issa milli kienu, ngħidu aħna, għaxar snin ilu.Pereżempju, il-qgħad strutturali li fl-2008 kien 7,6% huwa sinifikattivament inqas issa milli kien fis-sena 2000.

Madankollu, fis-sitwazzjoni attwali ta' prospetti li qed jiddgħajfu, jeħtieġ li l-politiki ta' flessigurtà jiġu rinfurzati.Huma jiffaċilitaw it-transizzjoni b'suċċess f'diversi stadji tal-ħajja tan-nies minn impjieg għall-ieħor, bejn inattività u xogħol, eċċ. Fl-istess waqt, sistemi adegwati ta' protezzjoni soċjali jipprovdu xbieki tas-sigurtà u jappoġġaw id-domanda tal-konsumatur. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-politiki tal-inklużjoni attiva għandhom jiżdiedu sabiex ikun żgurat li tali transizzjonijiet isiru kemm jista' jkun mingħajr xkiel.

Numru dejjem jiżdied ta' impjiegi jeħtieġ forza tax-xogħol ikkwalifikata ħafna u li tista' tadatta ruħha. Din id-domanda tista' tintlaħaq billi jittejbu l-ħiliet. L-aġġornament tal-kompetenzi u tal-abbiltajiet tan-nies li jitilfu l-impieg tagħhom hija partikolarment importanti bħala mezz għall-prevenzjoni ta' qgħad fit-tul.

Il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huma għodod effettivi li jappoġġaw dawn il-prijoritajiet.

Aktar informazzjoni:

Dibattitu pubbliku(impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi)

Stqarrija għall-istampa mill-Kunsill(pdf)

Xandira fuq l-internet tal-konferenza stampa mill-Kunsill



12/03/2009