Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Qafas Finanzjarju Pluriennali: in-negozjati li qed joqorbu lejn l-istadju finali

Bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Novembru ddedikata lill-bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (QFP) għall-2014-2020, il-ministri ddiskutew "kaxxa ta' negozjar" irriveduta, ippreżentata mill-Presidenza ta' Ċipru fil-laqgħa tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru. Il-"kaxxa" aġġornata fiha għadd imnaqqas ta' għażliet u tirrifletti s-suġġeriment tal-Presidenza li eventwalment ser ikollu jsir tnaqqis fl-infiq fl-intestaturi kollha tal-MFF.


© Unjoni Ewropea

 

"Mhux l-elementi kollha tal-kaxxa ta' negozjar tagħna ġew aċċettati mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jew minnhom kollha, iżda l-Istati Membri kollha aċċettaw il-"kaxxa ta' negozjar" bħala bażi għal ħidma ulterjuri", qal is-Sur Andreas Mavroyiannis, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej ta' Ċipru, li ppresieda l-laqgħa.

"Id-delegazzjonijiet huma tassew impenjati li jilħqu ftehim fil-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta' Novembru (…) Fid-dawl tal-kummenti kostruttivi magħmulin illum mill-ministri, aħna nħossuna nkoraġġuti biex inkomplu mexjin 'il quddiem u nkomplu nwittu t-triq għall-kompromess", ikkonkluda l-ministru.

Il-Presidenza ssuġġeriet li l-limitu tan-nefqa ġenerali għall-2014-2020, kif propost mill-Kummissjoni (jiġifieri EUR 1 033 biljun f'impenji u EUR 988 biljun f'pagamenti), ser "ikollu jiġi aġġustat 'l isfel".

Il-"kaxxa ta' negozjar" għad ma fiha l-ebda figura għal-limitu tan-nefqa ġenerali jew għal intestaturi individwali. Il-Presidenza ser tintroduċi l-ammonti speċifiċi aktar tard din is-sena, wara aktar konsultazzjonijiet mal-Istati Membri.

Il-kompitu ewlieni għall-Presidenza huwa li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi u l-prijoritajiet tal-Istati Membri u li twitti t-triq sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim fis-summit speċjali tat-22-23 Novembru, iddedikat unikament lill-MFF.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy ser iniedi konsultazzjonijiet bilaterali f'Novembru bl-għan li jintlaħaq ftehim dwar ħafna kemm jista' jkun punti ta' negozjar qabel is-Summit ta' Novembru.

Il-passi li jmiss 

  • 16 ta' Ottubru: laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali. Aktar dibattitu dwar l-MFF.
  • 22-26 ta' Ottubru: il-Parlament Ewropew huwa mistenni jadotta l-pożizzjoni aġġornata tiegħu dwar l-MFF.
  • 20 ta' Novembru: laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali.
  • 22-23 ta' Novembru: laqgħa tal-Kunsill Ewropew, iddedikata lill-MFF.

 
Sfond

L-MFF għall-2014-2020 jiddefinixxi l-prijoritajiet baġitarji tal-UE għal dak il-perijodu. In-negozjati dwar l-MFF għall-2014-2020 bdew f'Lulju 2011 u huwa mistenni li jiġu konklużi sa tmiem l-2012.  Dan jippermetti li l-MFF il-ġdid jidħol fis-seħħ fl-2014, wara l-adozzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti.

Il-partijiet involuti fin-negozjati tal-MFF huma l-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, u l-Parlament Ewropew. Kull istituzzjoni tikkontribwixxi bil-mod proprju tagħha għall-adozzjoni tal-MFF il-ġdid. In-negozjati tal-MFF jitwettqu skont il-prinċipju li "ma jintlaħaq l-ebda qbil mingħajr qbil dwar kollox".


Aktar informazzjoni:
Paġni web tal-MFF tal-Kunsill
Stqarrija għall-istampa
Dibattitu tal-Ministri (vidjo)
Konferenza stampa (vidjo)
 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?