Sistema Ewropea ġdida sabiex tgħin fil-ħarsien tal-pjaneta tagħna



Impressjoni tal-artist ta' Sentinel-4

Ritratt:ESA - P.Carril

Permezz tal-inizjattiva GMES (Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà), l-Ewropa qed tiżviluppa s-sistema tagħha stess għall-monitoraġġ tal-istat u l-evoluzzjoni tal-ambjent tagħna.Dan il-proġett 'flagship' kien wieħed mit-temi koperti mill-ministri Ewropej tal-politika dwar l-ispazju u r-rappreżentanti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) imlaqqħin fis-Sitt Kunsill "Spazju" fid-29 ta' Mejju.

Il-GMES se jipproduċi data ta' osservazzjoni tad-Dinja miġbura minn infrastruttura bbażata fl-ispazju u fuq l-art.Il-Komponent Spazjali għandu ħames missjonijiet satellitari, imsejħa s-Sentinels, li qed jiġu żviluppati mill-ESA.Il-Komponent In-Situ jinkludi sensers fuq l-art, li jżommu f'wiċċ l-oċeani jew li jinġarru minn inġenji tal-ajru.Dawn il-faċilitajiet diġà jeżistu u jinsabu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE.

Is-servizzi se jingħataw f'dawn il-ħames setturi:

1.Art (ġeo-data dwar il-kopertura tal-art, il-monitoraġġ tal-uċuħ tar-raba')

2.Baħar (kxif ta' tixrid ta' żejt, tbassir tat-temp)

3.Atmosfera (kwalità tal-arja, espożizzjoni għall-UV)

4.Rispons f'każ ta' emerġenza (mapep rapidi għall-għajnuna umanitarja)

5.Sigurtà (sorveljanza tal-fruntieri).

Il-GMES se jagħti aċċess għal data f'waqtha u affidabbli, li tista', pereżempju, tgħin fil-mitigazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima u ttejjeb is-sigurtà ċivili.L-utenti se jinkludu dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, in-negozji jew kull min isib din l-informazzjoni utli.L-inizjattiva miexja lejn il-fażi operattiva tagħha, li għandha tkun imnedija fl-2011.

Is-servizzi prinċipali tal-GMES u l-applikazzjonijiet tagħhom huma mistennija jagħtu spinta kbira lill-innovazzjoni u l-kompetittività Ewropea.

Aktar informazzjoni:

Stqarrija għall-Istampa tal-Kunsill(pdf)

Xandira fuq l-internet tal-konferenza stampa mill-Kunsill

Il-websajt tal-EC GMES

Il-websajt tal-GMES R&D (SWIFT)

Il-websajt tal-ESA GMES



03/06/2009