Regoli aktar sempliċi dwar il-fatturazzjoni tal-VAT
 |
|
© Fotolia
|
Sal-preżent, ir-regoli dwar il-fatturazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kienu tant ikkumplikati li fixklu l-użu tal-fatturi elettroniċi fil-kummerċ bejn il-fruntieri.Il-Kunsill Ecofin tas-16 ta' Marzu laħaq qbil ġenerali dwar direttiva li taġġorna r-rekwiżiti tal-fatturazzjoni tal-VAT, biex in-negozji jkunu jistgħu jiffrankaw l-ispejjeż u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.
Hu stmat li l-istrument l-ġdid jista' jnaqqas il-ħlasijiet tal-industrija b'sa 18-il biljun euro kull sena.Dan ser ikun ta' għajnuna partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), peress li l-fatturi simplifikati issa ser jinkludi wkoll lil dawk ta' ammonti iżgħar.Barra minn hekk, l-SMEs ser ikunu jistgħu jniżżlu l-VAT fil-kontijiet fuq bażi ta' ħlasijiet.Il-fatturi fuq karta u l-fatturi elettroniċi ser jiġu ttrattati b'mod ugwali.Ir-regoli dwar il-ħżin tal-informazzjoni u l-peijodi ta' reġistrazzjoni ser jiġu armonizzati.Id-direttiva għandha tagħti spinta lill-kummerċ elettroniku.
Il-proposta tinkludi wkoll miżuri li jgħinu lill-awtoritajiet tat-taxxa jittrattaw il-fodi ta' VAT.Ir-regoli dwar it-tnaqqis tal-VAT ser jsiru aktar stretti biex ikun jista' jsir skambju aktar rapidu tal-iformazzjoni dwar il-forniment ta' merkanzija u servizzi internament fl-UE.Peress li n-negozji li joperaw transkonfinalment ser ikollhom jiddikjaraw it-transazzjonijiet tagħhom fix-xahar tal-forniment, l-awturi ta' "frodi karussell" mhux ser ikunu jistgħu jabbużaw il-possibbiltà li jinkludu fattura f'perijodu ta' dikjarazzjoni aktar tard.
Aktar informazzjoni:
Stqarrija ghall-istampa
Dibattitu pubbliku
Webcast tal-konferenza stampa