Solidarjetà mal-Ħaiti


© Unjoni Ewropea
ECHO/Vicente Riamundo

L-ewwel laqgħa tal-Kunsill ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton, saret fit-18 ta' Jannar.Il-ministri għall-iżvilupp ġew imlaqqgħin għal sessjoni straordinarja biex jikkoordinaw l-għajnuna umanitarja tal-UE lill-Ħaiti wara t-terremot qerriedi reċenti.

Il-prijorità urġenti għall-UE hija li jitwassal tagħmir li jneħħi t-tifrik u li jintbagħtu gruppi ta' tfittxija u ta' salvataġġ.Fid-dawl tal-implikazzjonijiet possibbli tad-diżastru, il-fokus attwali huwa li tingħata l-kura tas-saħħa f'emerġenza, l-ilma, l-ikel, il-kura medika, l-kenn u li jerġa' jkun hemm mezzi ta' komunikazzjoni.

Fil-konklużjonijiet adottati fil-laqgħa, il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa għas-sigurtà fil-post biex tiġi żgurata s-sikurezza u l-aċċess mingħajr xkiel għal kunsinni ta' għajnuna u għajnuna f'emerġenza.Prijorità oħra tkun ir-rinfurzar tal-istituzzjonijiet tal-Ħaiti biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet bażiċi tagħhom ta' governanza.

Il-Kunsill laqa' l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea ta' total ta' EUR 30 miljun f'għajnuna umanitarja, u dak tal-Istati Membri li wiegħdu EUR 92 miljun oħra.Maż-żmien, kontribuzzjoni finanzjarja oħra mill-UE ser tammonta għal mhux inqas minn EUR 200 miljun.Il-Kunsill ser ikompli jsegwi s-sitwazzjoni fil-Ħaiti u jipprovdi aktar appoġġ, kif meħtieġ, f'koordinazzjoni mal-imsieħba internazzjonali tiegħu, b'mod partikolari n-NU u l-Istati Uniti tal-Amerika.

Aktar informazzjoni:

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Dikjarazzjoni minn Herman Van Rompuy

Webcast tal-konferenza stampa tal-Kunsill

25/01/2010