Lejn Pittsburgh b'vuċi waħda
 |
|
© Fotolia
|
Waqt laqgħa informali fi Brussell fis-17 ta' Settembru, 27 Kap ta' Stat u Gvern stabbilew il-pożizzjoni tal-UE għas-summit tal-G20 f'Pittsburgh fl-24 u l-25 ta' Settembru.
"Fis-summit ta' Pittsburgh, l-Unjoni Ewropea ser titkellem b'vuċi waħda kkoordinata", enfasizza l-President tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Svediż Fredrik Reinfeldt.
Il-kapijiet Ewropej ħadu kont tal-miżuri li ttieħdu biex tiġi ttrattata l-kriżi finanzjarja, u tas-sitwazzjoni ekonomika globali li bdiet turi sinjali ta' rilanċ.It-titjib intlaħaq bis-saħħa tal-appoġġ statali massiv għas-settur finanzjarju, li wassal għal żbilanċi pubbliċi kbar.L-UE ser taħdem għal strateġiji ta' ħruġ li jistgħu jwittu t-triq għar-ritorn ta' finanzi pubbliċi b'saħħithom.Ekonomija sostenibbli hija prerekwiżit biex jiġu salvagwardati l-impjiegi.
Suġġett ieħor li ser jiġi diskuss f'Pittsburgh ser ikun ir-riforma tas-sistema finanzjarja internazzjonali.Għandhom jiġu riveduti wkoll il-prattiċi tar-rimunerazzjoni fis-settur finanzjarju, li jorbtu l-prestazzjoni mal-produzzjoni biex jiġi evitat it-teħid ta' riskju eċċessiv, u jridu jissaħħu s-sorveljanza ta' swieq u istituzzjonijiet finanzjarji.L-UE ser timbotta għall-adozzjoni ta' regoli vinkolanti għas-settur finanzjarju fir-rigward tal-iskemi ta' kumpens u bonus, kif ukoll id-diżinċentivi għal attivitajiet ta' kummerċ riskjużi.
Fuq l-aġenda kien hemm ukoll il-finanzjament tal-klima.Hemm ħtieġa urġenti li jinkiseb riżultat b'suċċess fil-konferenza dwar il-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti f'Diċembru, iżda n-negozjati qed jimxu 'l quddiem bil-mod wisq."Jeħtieġ li nieqfu nirreċtaw u nibdew nieħdu azzjoni", qal il-Prim Ministru Reinfeldt.Ir-riżorsi finanzjarji jeħtieġ li jiżdiedu biex jitnaqqsu l-effetti tat-tisħin globali, u l-pajjiżi kollha, għajr dawk l-anqas żviluppati, huma msejħa biex jikkontribwixxu.
Aktar informazzjoni:
Formulazzjoni maqbula għas-summit tal-G20 għal Pittsburgh(pdf)
Xandira fuq l-internet tal-konferenza stampa mill-Kunsill