Dan is-sit web huwa s-sit web uffiċjali tal-Kunsill tal-UE  u l-Kunsill Ewropew. Jissostitwixxi s-siti web preċedenti tal-Kunsill tal-UE u l-Kunsill Ewropew u l-portal taż-żona tal-euro. 

Jipprovdi informazzjoni dwar dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE kull meta dan ikun possibbli. 

X'hemm fuq is-sit web

Fuq dan is-sit web ssib:

  • informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, ir-rwol, il-membri u l-attivitajiet tal-Kunsill tal-UE, il-Kunsill Ewropew u l-Grupp tal-euro
  • l-aħħar żviluppi fl-attivitajiet ta' dawn l-istituzzjonijiet
  • gwida, kuntatti, stqarrijiet għall-istampa, u materjal awdjoviżiv kif ukoll materjal ieħor għall-ġurnalisti
  • informazzjoni dwar x'għandek tagħmel meta tixtieq iżżur il-bini tal-Kunsill tal-UE u l-Kunsill Ewropew
  • informazzjoni dwar min tikkuntattja jekk għandek mistoqsijiet dwar il-Kunsill tal-UE jew il-Kunsill Ewropew
  • informazzjoni dwar is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE
  • dokumenti u pubblikazzjonijiet 

Riutilizzazzjoni tal-kontenut

Tista' terġa' tuża l-kontenut ta' dan is-sit web bil-kondizzjoni li tirrikonoxxi s-sors. Dan ma japplikax għal dokumenti jew materjal ieħor soġġett għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi. 

Cookies

Nużaw il-cookies biex niżguraw li s-sit web tagħna jiffunzjona sew, iżda ma niġbru, ma naħżnu u ma nikkondividu ebda informazzjoni personali. Is-sit tagħna juża software tal-Google Analytics. Ara l-paġna tagħna dwar il-cookies biex tiskopri kif tikkontrolla u timmaniġġja l-cookies fil-browser tiegħek. 

Aċċessibbiltà

Dan is-sit web tfassal biex jissodisfa l-linji gwida għall-aċċessibbiltà tal-kontenut tal-internet W3C. Ara l-paġna tagħna rigward il-politika dwar l-aċċessibbiltà biex tiskopri liema teknoloġiji nużaw u liema għodod tal-aċċessibbiltà huma kompatibbli ma' dan is-sit. 

Feedback mill-utenti

Tista' tipprovdi feedback billi tuża l-formoli li ssib fil-biċċa l-kbira tal-paġni fuq is-sit web. Il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek jgħinuna ntejbu s-sit. Il-kummenti kollha li nirċievu huma anonimi u ma nżommu ebda data dwar min juża s-sit web jew jipprovdi feedback. 

Min jimmaniġġja dan is-sit

Dan is-sit web jinżamm aġġornat mit-tim tal-komunikazzjoni bil-web tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK). Jekk għandek xi domanda dwar dan is-sit web, jekk jogħġbok ikkuntattja l-webmaster tagħna bil-posta elettronika.