Politika tal-aċċessibbiltà

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) għandu l-għan li jagħmel is-sit web tiegħu kemm jista' jkun aċċessibbli u utilizzabbli.

Xi jfisser dan?

Dan ifisser li t-testi, l-immaġni, il-formoli u n-navigazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli u jinftiehmu minn kemm jista' jkun nies. Iċ-ċittadini kollha, b'diżabilità jew le, għandhom jingħataw l-aħjar offerta possibbli ta' browsing.

Biex jinkiseb dan, is-sit web ġie ottimizzat biex jissodisfa l-linji gwida għall-aċċessibbiltà tal-kontenut tal-web W3C (WCAG) 2.0, il-livell AA. 

Pereżempju:

  • l-immaġni fuq is-sit għandhom 'alt tags', li jgħinu lill-utenti li jużaw qarrej tal-iskrin biex jifhmu dwar xiex inhi l-istampa
  • il-kuntrast bejn it-test u l-isfond huwa ottimizzat biex jinqara faċilment
  • għall-utenti li għandhom problema jużaw mouse, tista' ssir navigazzjoni tas-sit web bl-użu tat-tastiera biss
  • il-link 'skip to' tipprovdi lill-utenti l-possibbiltà li jevitaw l-intestatura u jsibu l-kontenut ewlieni mill-ewwel
  • il-formoli huma protetti kontra l-ispam bl-użu tal-metodu 'honeypot' minflok il-'captcha', li jista' jikkawża problemi lil xi utenti

Minkejja l-isforzi tagħna biex nagħmlu dan is-sit web kemm jista' jkun aċċessibbli, il-filmati u d-dokumenti fil-format PDF li jinsabu fuq xi paġni jistgħu jkunu għadhom mhux ottimizzati f'termini tal-aċċessibbiltà tagħhom. Ser inkomplu nagħmlu ħilitna biex dan is-sit web ikun konformi għalkollox. 

It-teknoloġiji użati

Dan is-sit web juża t-teknoloġiji li ġejjin: HTML5, CSS 3, JQuery 1.11, JPEG, GIF, PNG, MP4 u Silverlight (live streaming).

Huwa kompatibbli ma' firxa wiesgħa ta' browsers (Internet Explorer 7 jew aktar reċenti) u tipi ta' kompjuter.

Kompatibbiltà ma' għodod tal-aċċessibbiltà

Is-sit web Consilium.europa.eu huwa kompatibbli mal-qarrejja tal-iskrin li ġejjin:

  • Jaws
  • NVDA
  • Windows Eyes
  • VoiceOver