Cookies

X'inhuma l-cookies?

Cookie huwa fajl żgħir ta' test li jiġi ssejvjat minn sit web fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti tidħol fis-sit. Il-cookies jintużaw ħafna sabiex permezz tagħhom sit web jiffunzjona, jew jiffunzjona b'mod aktar effiċjenti, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni lis-sidien tas-sit.

Kif nużaw il-cookies?

Is-sit web tal-Kunsill juża Google Analytics, servizz ta' analitika tal-web ipprovdut minn Google, Inc. ("Google") li jgħin fl-analiżi tal-użu tas-sit web. Għal dan il-għan, Google Analytics juża "cookies", li huma fajls ta' test imqiegħda fuq il-kompjuter tiegħek.

L-informazzjoni ġġenerata mill-cookies dwar l-użu tas-sit web - informazzjoni standard ta' reġistrazzjoni tad-dħul fl-internet (inkluż l-indirizz IP tiegħek) u informazzjoni dwar l-imġiba tal-viżitatur f'forma anonima - tintbagħat u tinħażen minn Google inkluż fuq servers fl-Istati Uniti. Aħna nagħmlu l-indirizz IP tiegħek anonimu qabel ma nibagħtuh lil Google.

F'konformità mal-Privacy Shield Certification tiegħu, Google jiddikjara li huwa konformi mal-Qafas tal-Ħarsien tal-Privatezza UE-Stati Uniti. Google jista' jittrasferixxi l-informazzjoni miġbura minn Google Analytics lil partijiet terzi meta jkun meħtieġ jagħmel dan skont il-liġi, jew meta tali partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google.

Skont it-termini tas-servizz ta' Google Analytics, Google mhux ser jassoċja l-indirizz IP tas-suġġett tad-data ma' data oħra miżmuma minn Google.

Inti tista' tirrifjuta l-użu tal-cookies ta' Google Analytics billi tniżżel u tinstalla l-Google Analytics Opt-out Browser Add-on.

Il-cookies jintużaw ukoll biex iżommu rekord ta' jekk is-suġġetti tad-data qablux (jew le) mal-użu tal-cookies fuq is-sit web tal-Kunsill, sabiex inti ma tiġix mistoqsi dan kull darba li żżur is-sit.

Is-sit web tal-Kunsill juża Siteimprove biex jidentifika u jikkoreġi żbalji ta’ aċċessibbiltà. Siteimprove jipprovdi wkoll servizz ta' analitika tal-web biex jgħin fl-analiżi tal-użu ta’ dan is-sit web.

Siteimprove juża l-cookies biex jipprovdi s-servizzi tiegħu: id-data kollha miġbura minn Siteimprove hi maħżuna fl-UE (id-Danimarka). Siteimprove jiġbor data bħall-indirizz IP, it-tip ta' browser, u l-paġni tas-sit web li ġew aċċessati.

Għal aktar informazzjoni:

Kif tikkontrolla l-cookies

Tista' tikkontrolla u/jew tħassar cookies kif tixtieq int. Tista' tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista' tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers biex iwaqqfuhom milli jitqiegħdu.

Ġestjoni tal-cookies fil-browser tiegħek

Il-biċċa l-kbira tal-browsers jippermettulek:

  • tara liema cookies għandek u tħassarhom fuq bażi individwali
  • timblokka cookies minn partijiet terzi
  • timblokka cookies minn siti partikolari
  • timblokka l-cookies kollha milli jiġu kkonfigurati
  • tħassar il-cookies kollha meta tagħlaq il-browser tiegħek

Jekk tagħżel li tħassar il-cookies, għandek tkun taf li kwalunkwe preferenza ser tintilef. Barra minn hekk, jekk timblokka l-cookies kompletament ħafna siti web (fosthom tagħna) ma jaħdmux sew u l-webcasts ma jaħdmu xejn. Minħabba f'hekk, ma nagħtux parir li titfi l-cookies meta tuża s-servizzi tagħna tal-webcast.