Avviż tad-dritt tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 2017.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li jkun rikonoxxut is-sors, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Fejn jeħtieġ jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali u multimedjali (ħoss, immaġini, software, eċċ.), dak il-permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b'mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu.

Limitazzjonijiet tad-dritt tal-awtur għat-taqsima PRADO tas-sit web

Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandek:

  • tqassam, tuża jew tagħmel kopji ta', jew tiddupplika b'xi mod ieħor kwalunkwe materjal li jinsab fit-taqsima PRADO, ħlief kif awtorizzat espliċitament hawn taħt jew mis-SĠK
  • tbigħ, tislef, tikri, toħroġ liċenzja mill-ġdid, toħroġ subliċenzja, tibgħat, tqassam, terġa' tqassam, jew toħroġ b'timeshare it-taqsima PRADO jew partijiet minnha, jew "tinkwadra" jew "tirrifletti" l-materjal jew is-servizzi li jinsabu fit-taqsima PRADO, jew huma aċċessibbli minnha, fuq kwalunkwe server ieħor jew apparat ibbażat fuq l-Internet, mingħajr awtorizzazzjoni espliċita bil-miktub minn qabel mis-SĠK; l-awtorizzazzjoni biex jinħolqu links bl-Internet għall-paġni tal-PRADO huma mogħtija hawnhekk; biex tippubblika link bħal dan ma jkollokx bżonn permess ulterjuri mis-SĠK
  • tneħħi, tibdel, temenda, jew tbagħbas b'xi mod ieħor kwalunkwe titlu, marki kummerċjali, dritt tal-awtur, avviżi ta' drittijiet ristretti, jew inskrizzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà oħra, jew kwalunkwe ftehim ta' liċenzja, inkluż jew mogħti fit-taqsima PRADO
  • tikseb, tikkollezzjona, tiġbor jew tibni kwalunkwe materjal jekk mhux għal użu uffiċjali u nonkummerċjali
  • tikseb, tikkollezzjona, tiġbor jew tibni informazzjoni jew data rigward utenti oħra, inkluż indirizzi elettroniċi, mingħajr il-kunsens tagħhom