Mistoqsijiet ġenerali

Segretarjat Ġenerali

Mistoqsijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Mistoqsijiet ġenerali dwar l-organizzazzjoni, il-ħidma u l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jiġu indirizzati lis-servizz ta' informazzjoni għall-pubbliku. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li dan is-servizz ma jistax jagħti pariri legali jew jikkummenta dwar kwistjonijiet speċifiċi.

Kif tibgħat il-mistoqsija tiegħek

  • Ċempel: +32 22815650
  • Ibgħat fax: +32 22814977
  • Ikteb lil:
    Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
    DGF - Servizz ta' Informazzjoni għall-Pubbliku
    Rue de la Loi/Wetstraat 175
    1048 Bruxelles/Brussel
    Belgique/België

Tista' tibgħat il-mistoqsija tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Aħna nwieġbu l-mistoqsija tiegħek fi żmien 15-il jum ta' xogħol.

Proċedurg għall-ilmenti

Aħna nistinkaw biex noffru l-ogħla standards ta' servizz.

F'każ li tqis li fil-kuntatti/korrispondenza tiegħek mas-servizzi tas-SĠK kont soġġett għal amministrazzjoni ħażina, jekk jogħġbok innota li għandek id-dritt li tippreżenta ilment lill-Ombudsman Ewropew. Madankollu, qabel ma l-Ombudsman ikun jista' jaċċetta ilment mingħandek, huwa neċessarju li l-ewwel tippreżenta l-ilment tiegħek lis-servizz tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li ttratta t-talba inizjali tiegħek.

Aħna ser nistinkaw biex insibu rimedju għan-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħek, dejjem skont kemm ikun possibbli u kif xieraq.