Il-proċedura leġislattiva ordinarja

Kunsill tal-UE

Il-proċedura ta' kodeċiżjoni ddaħħlet għall-ewwel darba fl-1992 u l-użu tagħha ġie estiż fl-1999. Bl-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, il-kodeċiżjoni nbidlilha isimha għal proċedura leġislattiva ordinarja u saret il-proċedura ewlenija tat-teħid ta' deċiżjonijiet użata għall-adozzjoni ta' leġislazzjoni tal-UE. Hija tapplika għal madwar 85 qasam ta' politika.

Jintlaħaq ftehim

Il-Kunsill kultant juża ‘approċċ ġenerali’ biex jagħti lill-Parlament Ewropew idea tal-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta leġislattiva ppreżentata mill-Kummissjoni.

Dan il-ftehim politiku normalment jintuża biex titħaffef il-proċedura leġislattiva u jagħmilha aktar faċli biex jintlaħaq ftehim fl-ewwel qari bejn il-Parlament u l-Kunsill.

Mad-daqqa t'għajn

Leġislaturi: Il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew

Dritt għal inizjattiva leġislattiva: Il-Kummissjoni Ewropea

Elementi ewlenin tal-proċedura:

  1. Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta proposta lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew
  2. Il-Kunsill u l-Parlament jadottaw proposta leġislattiva fl-ewwel qari jew fit-tieni qari
  3. Jekk iż-żewġ istituzzjonijiet ma jilħqux qbil wara t-tieni qari, jitlaqqa' kumitat ta' konċiljazzjoni
  4. Jekk it-test maqbul mill-kumitat ta' konċiljazzjoni jkun aċċettabbli għaż-żewġ istituzzjonijiet fit-tielet qari, l-att leġislattiv jiġi adottat

Jekk proposta leġislattiva tiġi rrifjutata fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jew il-Parlament u l-Kunsill ma jirnexxilhomx jilħqu kompromess, il-proposta ma tiġix adottata u l-proċedura tintemm.

Bażi legali: l-Artikoli 289 u 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea