Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro

Il-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro huwa korp preparatorju magħmul minn rappreżentanti mill-istati membri taż-żona tal-Euro tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Huwa jipprovdi assistenza kemm lill-Grupp tal-Euro kif ukoll lill-President tiegħu fit-tħejjija tad-diskussjonijiet tal-ministri. 

Il-grupp normalment jiltaqa' darba fix-xahar qabel il-laqgħat tal-Grupp tal-Euro.

Il-President tal-Grupp ta' Ħidma 

Il-membri tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro jeleġġu President għal perjodu ta' sentejn, li jista' jiġi estiż. 

L-uffiċċju tal-President tal-Grupp tal-Euro jinsab fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE fi Brussell. 

Minn Jannar 2012, fil-kariga ta' President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro kien hemm Thomas Wieser, li huwa wkoll il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.