Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-Euro

15/06/2017 Laqgħa

Fil-laqgħa tal-15 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu, il-Grupp tal-Euro ffinalizza d-diskussjoni tiegħu dwar it-tieni rieżami tal-programm tal-Greċja, biex b'hekk twittiet it-triq għar-rilaxx tat-tielet porzjon ta’ assistenza finanzjarja li jammonta għal €8.5 biljun, lill-Greċja. Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-valutazzjoni tal-Artikolu IV tal-FMI tal-perspettiva ekonomika, ir-riskji u l-isfidi politiċi taż-żona tal-euro, kif ukoll dwar l-aħħar żviluppi rigward il-qafas tar-riżoluzzjoni bankarja.

Il-kontenut jidher bil-lingwa oriġinali jekk it-traduzzjoni ma tkunx disponibbli

Rwol

Il-President tal-Grupp tal-Euro jippresiedi l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro, jistabbilixxi l-aġendi tagħhom, ifassal il-programm ta' ħidma fit-tul u jirrappreżenta l-Grupp tal-Euro f'fora internazzjonali.

Bijografija

Jeroen Dijsselbloem ilu President tal-Grupp tal-Euro mill-21 ta' Jannar 2013. Fit-13 ta' Lulju 2015 reġa' ġie elett f'din il-pożizzjoni għat-tieni mandat.

Stqarrija tal-missjoni

Miri, għanijiet u prijoritajiet tal-Grupp tal-Euro matul il-presidenza ta' Jeroen Dijsselbloem.