Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-Euro

© L.Kazan / Fotolia 22/05/2017 Laqgħa

Il-Grupp tal-Euro laqa’ l-progress milħuq fil-programm tal-Greċja u beda diskussjoni dwar is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Greċja. Hu mistenni jasal għal konklużjoni fil-laqgħa f’Ġunju. Il-Ministri eżaminaw ukoll is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro u ġew infurmati dwar is-sorveljanza ta’ wara l-programm fi Spanja.

Rwol

Il-President tal-Grupp tal-Euro jippresiedi l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro, jistabbilixxi l-aġendi tagħhom, ifassal il-programm ta' ħidma fit-tul u jirrappreżenta l-Grupp tal-Euro f'fora internazzjonali.

Bijografija

Jeroen Dijsselbloem ilu President tal-Grupp tal-Euro mill-21 ta' Jannar 2013. Fit-13 ta' Lulju 2015 reġa' ġie elett f'din il-pożizzjoni għat-tieni mandat.

Stqarrija tal-missjoni

Miri, għanijiet u prijoritajiet tal-Grupp tal-Euro matul il-presidenza ta' Jeroen Dijsselbloem.