Ara l-kontenut
Abbonament bl-email

Sistema ta' votazzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-metodu standard ta' votazzjoni tal-Kunsill huwa b'maġġoranza kwalifikata, li jintuża f'madwar 80% tal-leġislazzjoni tal-UE

Maġġoranza sempliċi

Użata għal votazzjonijiet mhux leġislattivi, maġġoranza sempliċi hija 15 minn 28 stat membru

Maġġoranza kwalifikata

Maġġoranza kwalifikata teħtieġ 55% tal-istati membri, li jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni tal-UE

Unanimità

L-unanimità teħtieġ li kulħadd jaqbel jew jastjeni milli jivvota

Tintlaħaq maġġoranza sempliċi jekk mill-inqas 15-il membru tal-Kunsill jivvotaw favur.

Il-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi:

  • fi kwistjonijiet proċedurali, bħall-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu stess u l-organizzazzjoni tas-segretarjat ġenerali tiegħu u l-adozzjoni tar-regoli għall-kumitati previsti fit-trattati
  • biex jitlob lill-Kummissjoni twettaq studji jew tressaq proposti