Unanimità

Kunsill tal-UE

Il-Kunsill għandu jivvota unanimanent dwar għadd ta' kwistjonijiet li l-istati membri jqisu li huma sensittivi. Pereżempju:

  • il-politika estera u ta' sigurtà komuni (bl-eċċezzjoni ta' ċerti każijiet definiti b'mod ċar li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, eż. il-ħatra ta' rappreżentant speċjali)
  • iċ-ċittadinanza (l-għoti ta' drittijiet ġodda liċ-ċittadini tal-UE)
  • is-sħubija fl-UE
  • l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar it-tassazzjoni indiretta
  • il-finanzi tal-UE (riżorsi proprji, il-qafas finanzjarju pluriennali)
  • ċerti dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (il-prosekutur Ewropew, il-liġi tal-familja, il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-pulizija, eċċ.)
  • l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali.

Barra minn hekk, il-Kunsill huwa meħtieġ jivvota unanimament biex jiżvija mill-proposta tal-Kummissjoni meta l-Kummissjoni ma tkunx tista' taqbel mal-emendi magħmula għall-proposta tagħha. Din ir-regola ma tapplikax għal atti li jeħtieġ li jiġu adottati mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, pereżempju, atti fil-qasam tal-koordinazzjoni ekonomika.

Fil-każ tal-votazzjoni unanima, astensjoni ma twaqqafx deċiżjoni milli tittieħed.