Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Fittex atti leġislattivi taħt 'kodeċiżjoni'

Dan ir-reġistru fih tagħrif dwar l-atti leġislattivi tal-UE adottati bil-proċedura leġislattiva ordinarja, magħrufa wkoll bħala 'kodeċiżjoni'. Dan juri kemm il-proċeduri li għadhom għaddejjin kif ukoll dawk li tlestew.

Il-bażi ta' data tagħti tagħrif dwar kull pass għal kull fajl leġislattiv, hekk kif ikun għaddej mill-proċedura leġislattiva ordinarja. Dan jinkludi:

  • il-proposta tal-Kummissjoni
  • il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari 
  • il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari
  • il-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari
  • konċiljazzjoni (f'każ ta’ nuqqas ta’ qbil)
  • link għall-att adottat 
  • id-data tal-firma
  • in-numru ta’ referenza biex tfittex it-test fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE

Jekk l-att ikun diġà ġie adottat, jiġu pprovduti link għat-test sħiħ u d-data tal-firma. Jista' jkun disponibbli wkoll link għall-pożizzjonijiet fil-qari.

Niġbdulek l-attenzjoni li l-informazzjoni fil-bażi ta' data hija disponibbli biss bl-Ingliż u bil-Franċiż, u tista' tfittex biss b'dawn iż-żewġ lingwi. 

Kunsill tal-UE

Tiftix ta' dossier individwali

Daħħal il-kodiċi li qed tfittex, eż. 96/0113
u/jew kelma prinċipali (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) mit-titolu tad-dossier rilevanti, eż jeunesse