Reġistru tad-dokumenti

Segretarjat Ġenerali

Ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill fih id-dokumenti tal-Kunsill, jew referenzi għalihom, mill-1999 ’il quddiem.

Id-dokumenti li l-kontenuti tagħhom huma disponibbli għall-pubbliku jistgħu jinqraw direttament fuq l-iskrin. L-aċċess għall-oħrajn jista' jintalab.

Barra minn hekk, fit-taqsima Laqgħat hemm paġna tal-web separata għal kull laqgħa tal-Kunsill, tal-Kunsill Ewropew u tal-Grupp tal-Euro. Dawn il-paġni fihom pubblikazzjonijiet dwar laqgħat regolari, pereżempju l-“Informazzjoni ta’ sfond” (nota ta' tagħrif għal qabel il-Kunsill), l-aġenda, il-lista ta’ punti A u/jew il-lista ta’ parteċipanti

Stqarrijiet għall-istampa

Ftakar li l-aktar stqarrijiet għall-istampa reċenti jinstabu fit-taqsima Stqarrijiet għall-istampa, li fiha:

  • stqarrijiet għall-istampa tal-Kunsill ippubblikati mill-1 ta’ Jannar 2014 ’il quddiem
  • dikjarazzjonijiet u diskorsi maħruġa f’isem il-President tal-Kunsill Ewropew jew mill-Grupp tal-Euro sa minn tmiem l-2009

Jekk qed tfittex stqarrija għall-istampa aktar antika (maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2014), tista’ tfittixha fir-reġistru. Agħżel “Presse” fil-kaxxa taħt "Suġġett" u “Stqarrija għall-istampa” fil-kaxxa taħt "Tip ta’ dokument" u indika s-suġġett tal-Kunsill fil-kaxxa taħt “Kliem fis-Suġġett” (pereżempju “affarijiet ekonomiċi u finanzjarji”). 

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Għal konklużjonijiet reċenti, jekk jogħġbok uża l-paġna apposta fuq is-sit web: 

Għal konklużjonijiet speċifiċi, tista’ tfittex fir-reġistru billi tindika “konklużjonijiet tal-Kunsill” fil-kaxxa taħt “Kliem fis-Suġġett” u billi tindika d-data tal-Kunsill fil-kaxxa taħt “Data tal-Laqgħa”. Tista’ tfittex ukoll billi tindika “konklużjonijiet tal-Kunsill” fil-kaxxa taħt “Kliem fis-Suġġett” u billi tindika perjodu ta’ żmien fil-kaxxa taħt “Data tad-Dokument” (pereżempju, bejn 1/05/2015 u 30/06/2015).

Jekk qed tfittex konklużjonijiet tal-Kunsill dwar suġġett speċifiku, tista’ tindika “konklużjonijiet tal-Kunsill” & xi kliem ewlieni dwar is-suġġett fil-kaxxa taħt “Kliem fis-Suġġett” (pereżempju “konklużjonijiet tal-Kunsill” & “ambjent” għal konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kwistjonijiet ambjentali).

Dokumenti preparatorji

Meta gruppi ta' ħidma tal-Kunsill jiddiskutu abbozz ta' leġislazzjoni dawn jipproduċu dokumenti preparatorji. Kull dokument preparatorju relatat ma’ proposta speċifika li qed tiġi diskussa fil-Kunsill ikollu l-istess kodiċi interistituzzjonali uniku mogħti mill-Kummissjoni.

Jekk ikollok dokument wieħed relatat ma’ abbozz ta’ att leġislattiv li tkun interessat fih, tista’ ssib il-kodiċi interistituzzjonali fuq l-ewwel paġna tad-dokument f’kaxxa fuq ix-xellug in-naħa ta' fuq. Meta tikteb dan il-kodiċi fil-kaxxa taħt “Kodiċi interistituzzjonali”, titlagħlek lista tad-dokumenti kollha fir-reġistru relatati ma’ dak l-att.

Jekk ma jkollokx dokument, tista' tuża l-kaxxa "Kliem fis-Suġġett" biex issib il-kodiċi interistituzzjonali għall-abbozz ta' att leġislattiv li tkun interessat fih. Ikteb xi kliem ewlieni dwar is-suġġett tal-abbozz ta' att leġislattiv u titlagħlek lista ta' dokumenti. Agħfas fuq in-numru tar-referenza b’tipa grassa ta’ wieħed mid-dokumenti ST biex issib l-iskeda informattiva tad-dokument. In-numru interistituzzjonali jidher ċar fuq din l-iskeda.

Lingwi

Fir-reġistru tista’ ssib dokumenti li l-kontenuti tagħhom ikunu ppubblikati:  

  • b'lingwa waħda biss
  • b'diversi lingwi (eż. parti minn dokument bl-Ingliż, parti bl-Ispanjol u parti bil-Ġermaniż)
  • bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

Ftakar li l-għażla tal-lingwa tista’ taffettwalek ir-riżultati tat-tiftixa. Pereżempju, biex issib rekords fil-qosor tal-COREPER, fil-kaxxa tal-"Lingwa tad-Dokument" jaqbillek tagħżel "Il-Lingwi Kollha". Jekk tagħżel lingwa waħda biss jaf ma jkollok ebda riżultat