Staqsi għal dokument

Segretarjat Ġenerali

Jekk id-dokument li qed tfittex ma jkunx disponibbli fir-Reġistru pubbliku, tista' titlob biex jingħatalek billi tikkuntattja lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Tista' wkoll tibgħat talba għal aċċess għal dokument:

  • bil-posta:

General Secretariat of the Council of the European Union
DG F - Transparency
rue de la Loi/Wetstraat 175
B-1048 Bruxelles/Brussel

  • bil-fax: +32 22 816 361

Teħtieġ assistenza teknika?

Jekk għandek kwistjoni teknika fir-rigward tal-aċċess għar-reġistru pubbliku, ibgħatilna email.

Meta ser nirċievi tweġiba?

Għandek tirċievi tweġiba fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol. F'każijiet eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż bi 15-il ġurnata ta' xogħol oħra.

Jekk l-aċċess ma jingħatax, għandek 15-il ġurnata biex titlob lill-Kunsill jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu.

Jekk it-talba tiegħek tiġi rrifjutata, tista' tressaq ilment mal-Ombudsman Ewropew jew tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

Mistoqsijiet ġenerali

Jekk teħtieġ informazzjoni dwar il-Kunsill u l-attivitajiet tiegħu, is-servizz ta' informazzjoni għall-pubbliku jinsab lest biex jgħin.