Pubblikazzjonijiet

L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri

Fatti u ċifri (verżjoni aġġornata)

Kemm hemm nies jgħixu fl-Italja? X’inhi s-sistema politika fil-Litwanja? U x'jisimha l-belt kapitali ta' Ċipru?
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u għal ħafna iktar jinsabu fil-verżjoni aġġornata ta' "L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri".
Dan il-ktejjeb għandu format żgħir u prattiku u fih informazzjoni essenzjali dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet, l-istati membri u l-pajjiżi kandidati tagħha. Fih fatti dwar il-lingwi uffiċjali, is-siti web tal-gvern u data utli oħra dwar kull pajjiż.
Il-pubblikazzjoni ssibha f'24 lingwa tal-UE.

2017, 88 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Traineeships fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Traineeships in the Council of the European Union

Interessat fi traineeship fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill? F'dan il-fuljett issib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn dwar it-traineeships, inkluż il-proċedura tal-għażla, it-tul tat-traineeships u lista ta' kuntatti għal mistoqsijiet addizzjonali.

2017, 2 Paġni, Fuljett

Mappa tal-kwartier Ewropew fi Brussell

Mappa tal-kwartier Ewropew fi Brussell

Din il-mappa prattika li toqgħod fil-but tgħinek tinnaviga madwar il-kwartier Ewropew fi Brussell. Turik fejn jinsabu l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament, kif ukoll ir-rappreżentanzi permanenti tal-istati membri. Hija disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż.

2017, 2 Paġni, Fuljett

L-arranġamenti integrati tal-UE għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi - IPCR fil-qosor

L-arranġamenti integrati tal-UE għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi - IPCR

L-arranġamenti integrati għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (IPCR) jipprovdu mekkaniżmu ta' kriżi flessibbli għall-presidenza tal-Kunsill meta tittratta diżastri ta' oriġini naturali jew mill-bniedem, kif ukoll it-terroriżmu. Il-fuljett jiddeskrivi l-għodod tal-IPCR li jtejbu l-kapaċità tal-UE li taqsam l-informazzjoni, tieħu deċiżjonijiet konġunti u tikkoordina ir-reazzjonijiet fl-ogħla livell politiku. L-għodod jinkludu pjattaforma web, rappurtar u punti ta' kuntatt 24/7.

2016, 6 Paġni, Fuljett

It-Trattat Euratom - verżjoni konsolidata

It-Trattat Euratom - verżjoni konsolidata

Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjoni - aġġornata - konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, inklużi annessi u protokolli. Tinkorpora l-emendi li saru permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

2016, 112 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2015

Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2015

Ir-rapport ikopri l-azzjonijiet u l-politiki mħaddma mill-Unjoni Ewropea fl-2015 biex tilħaq l-għanijiet tagħha li tippromwovi rispett universali għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Jiddeskrivi l-iżviluppi fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fir-rigward ta' kwistjonijiet tematiċi tul l-2015. Dawn jinkludu l-approċċ tal-Unjoni għal konflitti u kriżijiet, il-kooperazzjoni tagħha fil-kummerċ u fl-iżvilupp, iżda wkoll il-mod kif l-UE indirizzat l-isfidi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-piena tal-mewt, it-tortura u maltrattament ieħor, u l-promozzjoni tad-demokrazija u ta' elezzjonijiet ħielsa, il-libertà ta' reliġjon jew twemmin, u l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-kopertura mqassma skont il-pajjiż kif kienet fl-edizzjonijiet ta' qabel ta' dan ir-rapport annwali għadha tinstab fir-Reġistru Pubbliku tal-Kunsill.
Ir-rapport huwa disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol.

2016, 64 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Trattati Konsolidati, Karta tad-Drittijiet Fundamentali 2016

Trattati Konsolidati, Karta tad-Drittijiet Fundamentali 2016
Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif jirriżultaw mill-emendi introdotti permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Tinkludi wkoll emendi li saru għat-trattati wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll l-emendi minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja. Il-pubblikazzjoni fiha wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2016, 412 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill u kummenti dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill - kummenti

Kif jitħejja x-xogħol tal-Kunsill? Liema arranġamenti ta’ votazzjoni japplikaw? X’inhuma r-regoli dwar dibattiti pubbliċi? Din il-gwida prattika twieġeb dawn il-mistoqsijiet u ħafna oħrajn b’rabta mal-istruttura, il-proċedimenti u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill. B’mod partikolari, hi maħsuba għad-delegati u l-presidenzi ta’ sitt xhur tal-Kunsill bl-għan li tipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent legali u tgħin fit-tħejjija tal-presidenzi.
Minbarra kummenti, il-ktejjeb fih ukoll ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Huwa disponibbli bi 23 lingwa tal-UE.

2016, 119 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Gwida għall-proċedura leġislattiva ordinarja

Gwida għall-proċedura leġislattiva ordinarja

Dan il-manwal jispjega dak kollu li trid tkun taf dwar il-proċedura leġislattiva ordinarja l-ġdida u jistabbilixxi r-rwoli rispettivi tal-Presidenza u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Jiddeskrivi l-istadji differenti tal-proċedura: it-tliet stadji ta' qari, il-proċedura ta' konċiljazzjoni u t-trilogi. Fih ukoll lista ta’ bażijiet legali rilevanti, tabelli li jippreżentaw l-istadji f’forma grafika, u l-iskadenzi.

2016, 48 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Ktieb tat-tpinġija tal-bnadar Ewropej

Ipinġi l-Ewropa bil-Kuluri

Kif tispjega l-Ewropa lit-tfal żgħar? Dan il-ktieb edukattiv tat-tpinġija jista’ jkun il-punt tat-tluq. Pinġi l-bnadar tal-pajjiżi tal-UE (bil-mudelli), ikteb l-ismijiet tagħhom u poġġihom fuq il-mappa tal-Ewropa. Kemm għad-dar kif ukoll għall-iskola.

2016, 40 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Liġi Ċivili - Kooperazzjoni Ġudizzjarja Ewropea

Ktieb elettroniku dwar il-Liġi Ċivili
Dan il-ktieb elettroniku aġġornat fih kemm strumenti legali kif ukoll kummenti minn akkademiċi ta' prestiġju, imħallfin u uffiċjali minn diversi stati membri tal-UE. Minbarra xi atti legali bażiċi bħalma huma Brussell I u l-Konvenzjoni ta' Lugano, l-oqsma u s-suġġetti koperti jinkludu l-liġi kummerċjali, il-liġi kuntrattwali, il-liġi tal-familja u l-kisba ta' provi. Din l-edizzjoni aġġornata tinkludi wkoll kapitolu ġdid dwar il-proċedura tal-ordni tal-preservazzjoni tal-kontijiet, u kapitolu rivedut bir-reqqa dwar proċedimenti ta’ insolvenza.
Il-ktieb elettroniku huwa għodda siewja għall-prattikanti legali, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istudenti tal-liġi u ċ-ċittadini li għandhom interess fil-liġi ċivili Ewropea, kollox fil-format prattiku ta’ ktieb elettroniku.
2016, Kotba elettroniċi

Il-Kunsill Ewropew: Diċembru 2014 sa April 2016

Il-Kunsill Ewropew Diċembru 2014 sa April 2016

Mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April 2016, il-Kunsill Ewropew ħabbat wiċċu ma' sfidi politiċi kritiċi. Fost dawn kien hemm flussi mingħajr preċedent ta' persuni jfittxu l-asil u migranti irregolari, il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni ġdida għall-Greċja fir-rigward tal-ġejjieni tagħha bħala membru tal-euro, u għar-Renju Unit qabel referendum “ġewwa jew barra” dwar is-sħubija fl-UE. Il-mexxejja Ewropej kellhom iwieġbu wkoll għal theddid serju kontra s-sigurtà, kemm intern kif ukoll estern. Il-President Donald Tusk jagħti ħarsa ġenerali lejn il-ħidma tal-Kunsill Ewropew matul dan il-perjodu u r-rapport jagħti lista tad-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet l-aktar importanti.

2016, 82 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Dikjarazzjoni ambjentali 2015

Dikjarazzjoni ambjentali 2015

Dan ir-rapport jiddeskrivi s-sistema tal-ġestjoni ambjentali li hemm fis-seħħ fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Jispjega wkoll il-prestazzjoni tas-sistema fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali bejn l-2010 u l-2014.

2016, 56 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE tul iż-żmien

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE tul iż-żmien

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE huma żewġ atturi ewlenin fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Kull wieħed għandu r-rwol distint tiegħu fi ħdan l-istruttura istituzzjonali tal-UE, għalkemm politikament u amministrattivament teżisti relazzjoni organika stretta bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. It-tnejn li huma jlaqqgħu flimkien rappreżentanti tal-istati membri. Dan il-ktejjeb jittraċċa l-oriġini u l-evoluzzjoni tagħhom permezz tat-Trattati tal-UE. Huwa jesplora kif it-tnejn li huma kellhom rwol deċiżiv fl-integrazzjoni Ewropea u kif l-istorja tagħhom tirrifletti dik tal-UE kollha hemm hi: il-politiki u l-ambizzjonijiet tagħha, kif ukoll il-kriżijiet u l-progress tagħha.

2016, 66 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

L-Unjoni Ewropea - Unjoni ta' dritt (kartellun)

L-Unjoni Ewropea - Unjoni ta' dritt (kartellun)

Minn Pariġi sa Lisbona, l-Unjoni Ewropea mxiet sew 'il quddiem minn meta s-sitt membri fundaturi poġġew il-pedamenti tal-unjoni kif nafuha llum, komunità ekonomika u politika li tinkludi kważi 509 miljun resident fi 28 stat membru. Dan il-kartellun juri l-istadji ewlenin tal-integrazzjoni Ewropea bi kronoloġija tat-trattati prinċipali u t-trattati ta' adeżjoni. It-trattati, il-pedament tal-Unjoni Ewropea, huma riflessjoni ta’ kif l-istati membri rreaġixxew għal sfidi interni u esterni ġodda. Huma jittraċċaw l-iżvilupp ta’ unjoni ta' popli u stati ggwidati mill-istat tad-dritt.

2016, 1 Paġni, Kartelluni

L-Ewropa u int - ktieb tat-tpinġija dwar l-ibliet kapitali tal-UE

L-Ewropa u int - ktieb tat-tpinġija dwar l-ibliet kapitali tal-UE
B'dan il-ktieb tat-tpinġija, it-tfal ta' bejn 6 u 10 snin ser ikunu jistgħu jitgħallmu l-ismijiet tal-ibliet kapitali tal-UE, jagħtu l-kulur lill-bnadar u jsibu xi informazzjoni interessanti dwar kull stat membru. Materjal attraenti tat-tagħlim li jista' jintuża kemm id-dar kif ukoll l-iskola.
2016, 36 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

It-tieni pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jkopri l-perjodu mill-2015 sal-2019, għandu l-għan li jsaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha. Jiffoka b’mod partikolari fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.  Il-prinċipji li jiggwidawh ser ikunu l-iskoperta minn kmieni, il-prevenzjoni u l-medjazzjoni fil-konflitti. Il-ktejjeb fih ukoll daħla mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni, u l-qafas strateġiku tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Il-pjan ta’ azzjoni huwa ppubblikat bl-Ingliż u bil-Franċiż.

2015, 52 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Reġistru pubbliku online ta' dokumenti awtentiċi tal-identità u tal-ivvjaġġar (PRADO)

Prado 2015

Jeħtieġlek tiċċekkja dokumenti tal-identità? Dan il-fuljett jippreżenta l-PRADO, li jipprovdi aċċess faċli online għal xbihat u deskrizzjonijiet tekniċi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tal-identità użati l-aktar komunement. Ir-reġistru jiġi aġġornat regolarment u l-informazzjoni hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.

2015, 5 Paġni, Fuljett

Infasslu l-futur komuni tagħna - Sħubija strateġika UE-CELAC

Infasslu l-futur komuni tagħna: Sħubija strateġika Unjoni Ewropea - Amerika Latina u l-Karibew

Is-Summit UE-CELAC f’Ġunju 2015 ġabar flimkien 61 mexxej tal-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew, inkluż aktar minn 40 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern. Din il-pubblikazzjoni tagħti informazzjoni essenzjali dwar l-avveniment u tippreżenta l-aktar dokumenti importanti adottati matul is-summit. Tagħti wkoll l-introduzzjonijiet minn Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea u Rafael Correa Delgado, President pro tempore tas-CELAC.

2015, 87 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

Iż-żona Schengen

Il-mappa taż-żona Schengen

Dan il-poster tas-sensiela ta' Schengen huwa mappa ġeopolitika li tindika 26 pajjiż kopert miż-żona Schengen u l-istati li għandhom status differenti. Fih ukoll tagħrif fil-qosor dwar il-moviment ta’ persuni f’kull wieħed mill-pajjiżi ppreżentati. 

2015, 1 Paġni, Kartelluni