Il-Kunsill Ewropew fl-2012

Il-Kunsill Ewropew fl-2012

L-istabbilizzazzjoni u t-tisħiħ taż-żona tal-euro, l-appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi, u t-taqlib fil‑Lvant Nofsani kienu fuq nett tal-aġenda tal-Kunsill Ewropew fl-2012. Din kienet ukoll is-sena li fiha l-Unjoni Ewropea ngħatat il-Premju Nobel għall‑Paċi.

F'dan il-ktejjeb, it-tielet fis-serje, il-President Herman Van Rompuy joffri r-rakkont personali tiegħu tal‑attivitajiet tal-istituzzjoni u l-ġrajjiet li kkaratterizzaw is-sena 2012.

Il-ktejjeb jinkludi wkoll il-konklużjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti kollha tal-Kunsill Ewropew fl-2012.

2013, 76 Paġni, Kotba b'qoxra ratba