Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Jiġu adottati konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Dawn jintużaw biex jidentifikaw kwistjonijiet speċifiċi ta' tħassib għall-UE u jiddeskrivu azzjonijiet partikolari li għandhom jittieħdu jew għanijiet li għandhom jintlaħqu. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistgħu wkoll jistabbilixxu data ta' skadenza biex jintlaħaq qbil dwar punt partikolari jew biex tiġi ppreżentata proposta leġislattiva. B'dan il-mod, il-Kunsill Ewropew jista' jinfluwenza u jiggwida l-aġenda politika tal-UE.

Qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kunsill Ewropew jabbozza linji gwida għall-konklużjonijiet. Dawn imbagħad jiġu diskussi fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali u wara jiġu adottati fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-konklużjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn l-istati membri kollha tal-UE.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew mill-2004 'l quddiem huma disponibbli fir-reġistru pubbliku tad-dokumenti uffiċjali.

Il-konklużjonijiet ta' qabel l-2004 huma disponibbli fil-links t’hawn taħt.

Niġbdu l-attenzjoni li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma disponibbli biss bil-lingwi tal-pajjiżi li kienu stati membri tal-UE dak iż-żmien.