Il-bijografija ta' Herman Van Rompuy

Kunsill Ewropew

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar Herman Van Rompuy, l-ex-President tal-Kunsill Ewropew li kien fil-kariga minn Novembru 2009 sa Novembru 2014.
Il-kontenut ma ġiex aġġornat mill-1 ta' Diċembru 2014.

Elett bħala l-ewwel President full-time tal-Kunsill Ewropew f'Novembru 2009, Herman Van Rompuy assuma l-kariga meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009.

Fl-2012, reġa' ġie elett għat-tieni mandat li kien jibda fl-1 ta' Ġunju 2012 u jintemm fit-30 ta' Novembru 2014. 

Meta ġie elett għall-ewwel darba, Herman Van Rompuy kien Prim Ministru tal-Belġju. Qabel kien serva fil-Belġju bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti (2007-2008) u f'diversi pożizzjonijiet tal-gvern, inkluż bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Baġit (1993-1999), Ministru tal-Istat (2004) u Segretarju tal-Istat għall-Finanzi u n-Negozji ż-Żgħar (1988).  

Ex-ekonomist fil-Bank Nazzjonali tal-Belġju, Herman Van Rompuy beda l-karriera politika tiegħu fl-1973 bħala viċi president nazzjonali tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-partit tiegħu. Kien inkarigat b'diversi responsabbiltajiet fil-partit tiegħu u fil-Parlament Belġjan, u serva bħala Senatur (1988-1995) u wara bħala Membru Parlamentari (1995-2009).  

Herman Van Rompuy għandu lawrji ta' Baċellerat fil-Filosofija u Master's fl-Ekonomija Applikata mill-università K.U.Leuven. Twieled f'Etterbeek, il-Belġju, fil-31 ta' Ottubru 1947, u miżżewweġ lil Geertrui Windels; għandhom 4 wlied u huma nanniet ta' 6 itfal.

Karriera politika

2009-  
President tal-Kunsill Ewropew

2008-2009  
Prim Ministru

Ott. 2007  
Konċiljatur Rjali

Sett. 2007  
Esploratur Rjali

2007-2008
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti  

Jan. 2004
Ministru tal-Istat  

1995-
CD&V MP fil-Kamra tar-Rappreżentanti

1993-1999
Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Baġit

1988-1993
  President Nazzjonali tal-partit  C.V.P.

Mejju 1988-Sett. 1988
Segretarju tal-Istat għall-Finanzi u n-Negozji ż-Żgħar 

1988-1995
senatur f'isem is-C.V.P.

1982-1988
president f'isem is-C.V.P. tad-distrett Brussel-Halle-Vilvoorde 

negozjatur tas-C.V.P. għall-konfigurazzjoni tal-gvern Martens-III, IV, V, VI, VII, VIII u Dehaene I, II

1978-
Membru tal-Buro Nazzjonali tas-C.V.P. 

1973-1977
Viċi president nazzjonali ta' C.V.P.-Jongeren

Karriera professjonali

1982-2008  
Lekċerer fi Vlaamse Economische Hogeschool Brussel (VLEKHO)

1980-1988
  Direttur f'Centrum voor Politieke, Economische en Sociale Studies 

1980-1987  
Lekċerer f'Handelshogeschool Antwerpen 

1978-1980  
Konsulent fil-Kabinett tal-Ministru għall-Finanzi G. Geens

1975-1978
Konsulent fil-Kabinett tal-Prim Ministru L. Tindemans

1972-1975
  Attaché għall-Affarijiet Interni fil-Bank Nazzjonali tal-Belġju

Edukazzjoni

1971
 Master's fl-Ekonomija Applikata, K.U.Leuven

1968
Baċellerat fil-Filosofija, K.U.Leuven

1965
Skola Medja, Sint-Jan Berchmanscollege, Brussell

Kotba

"Europa in de storm", ktieb ippubblikat minn Davidsfonds, 126 p. (Mejju 2014)

"De kentering der tijden", ktieb ippubblikat minn Lannoo, 112 p. (1979)

"Hopen na 1984", ktieb ippubblikat minn Davidsfonds, Horizonreeks (Settembru 1984)

"Het christendom.Een moderne gedachte", ktieb ippubblikat minn Davidsfonds, Forumreeks (Settembru 1990)

"Vernieuwing in hoofd en hart.Een tegendraadse visie", ktieb ippubblikat minn Davidsfonds, Forumreeks (Ħarifa 1998)

"De binnenkant op een kier.Avonden zonder politiek", ktieb ippubblikat minn Lannoo, 165 p. (2000)

"Dagboek van een vijftiger", ktieb ippubblikat minn Davidsfonds, 144 p. (Ottubru 2004)

"Haiku", Poëziecentrum, Gent, 125 p. (April 2010)

"In de wereld van Herman Van Rompuy", ma' Katleen Cools, Borgerhoff & Lamberigts, 200 p. (Ottubru 2010)

"Haiku 2", Poëziecentrum, Gent, 93 p. (Ottubru 2013)

Dottorati Onorarji

Università ta' Gent (18 ta' Marzu 2011 - diskors mhux disponibbli) 

Premji

Premju Internazzjonali Charlemagne (Internationale Karlspreis), Aachen (29 ta' Mejju 2014)
 
Premju Benelux-Europa, Breda (12 ta' Ġunju 2010)
 
Harvard Club of Belgium Leadership Prize, Brussell (8 ta' Settembru 2010)
 
"Collier du Mérite européen" mogħti mill-European Merit Foundation, Lussemburgu (25 ta' Novembru 2010)
 
Premju Nueva Economía Forum, Madrid (10 ta' Diċembru 2010)
 
"Gouden Penning" mogħti mill-Akkademja Fjamminga Rjali tal-Belġju għax-Xjenza u l-Arti, Brussell, (14 ta' Jannar 2012)
 
Senatur Onorarju E Meritu et Honoris Causa tal-Moviment għall-Istati Uniti tal-Ewropa - Ċentru ta' Azzjoni għall-federaliżmu Ewropew (AEF - BVSE), Antwerp (5 ta' Frar 2012)
 
Premju Otto von der Gablentz, L-Aja (18 ta' April 2012)
 
Premju Ewropew Coudenhove-Kalergi 2012, Vjenna (16 ta' Novembru 2012)
 
Premju Michele de Gianni, Brussell (4 ta' Ottubru 2013)

Golden Business Centre Club Statuette Award, mogħti fil-Gran Galà tal-Mexxejja tan-Negozju Pollakki, Varsavja (25 ta' Jannar 2014)
 
Premju ESMT għat-Tmexxija Responsabbli, mogħti mill-Iskola Ewropea tal-Maniġment u t-Teknoloġija, Berlin, (3 ta' Lulju 2014)

Unuri

  • Grand Cordon tal-Ordni ta’ Leopold, il-Belġju (2009)
  • Grand Uffiċjal fl-Ordni tal-Leġjun tal-Unur, Franza (Diċembru 2011)
  • Ċittadinanza Onorarja, Beersel, il-Belġju (13 ta’ Mejju 2012)
  • Ċittadinanza Onorarja, DeHaan, il-Belġju (7 ta' Lulju 2012)
  • Grand Officier de l'Ordre National de Cote d'Ivoire (7 ta' Awwissu 2012)
  • Ordni nazzjonali tal-"Istilla tar-Rumanija" fil-grad tas-Salib il-Kbir, Bukarest (25 ta' April 2013) 
  • Ċittadinanza Onorarja, Olen, il-Belġju (3 ta' Ottubru 2013) 
  • Ċittadinanza Onorarja, Matsuyama, il-Ġappun (18 ta' Novembru 2013) 
  • Ordre National du Benin, Cotonou (20 ta' Frar 2014) 
  • Ordni tas-Salib Doppju Abjad tat-Tieni Klassi, Bratislava (30 ta' April 2014) 
  • Ċittadinanza Onorarja, Kortessem, il-Belġju (16 ta' Mejju 2014)