Politiki korporattivi

Protezzjoni tad-data personali

Il-Kunsill tal-UE u s-Segretarjat Ġenerali tiegħu josservaw b'mod strett ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiżgura l-applikazzjoni korretta ta' dawn ir-regoli.

Trasparenza

Fir-rispett tar-regoli dwar it-trasparenza, l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu bl-aktar mod miftuħ u qrib iċ-ċittadini. Fil-Kunsill, il-ministri jilleġislaw fil-pubbliku u ċ-ċittadini għandhom dritt jitolbu aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill.

Ġestjoni ambjentali

Is-SĠK jaħdem biex inaqqas dan l-impatt u jipproteġi l-ambjent. Huwa stabbilixxa programm ta' ġestjoni ambjentali li japplika għall-attivitajiet kollha tas-SĠK fil-binjiet li jokkupa fi Brussell.

Identità viżiva

L-identità viżiva tal-'familja tal-Kunsill' hija mibnija madwar logo komuni. Ikkaratterizzat mill-bandiera Ewropea u stampa tal-bini Europa, il-logo jirrappreżenta unità, kontinwità u diversità.

Multilingwiżmu

Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew jaħdmu bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom dritt jiktbu lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill fi kwalunkwe waħda minn dawn il-lingwi uffiċjali.

Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

Il-Kunsill għandu sistema ta' sigurtà komprensiva biex jipproteġi l-informazzjoni klassifikata. Din is-sistema tapplika għall-Kunsill, għas-Segretarjat Ġenerali tiegħu u għall-istati membri.