Data miftuħa

Segretarjat Ġenerali

Il-Kunsill tal-UE jipparteċipa fil-portal tad-data miftuħa tal-UE bi tliet settijiet ta’ data:

  • metadata tar-reġistru pubbliku tal-Kunsill
  • metadata tal-bażi ta’ data dwar talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti
  • votazzjonijiet tal-Kunsill dwar atti leġislattivi

Il-portal tad-data miftuħa tal-UE tnieda f’Diċembru 2012. Huwa punt uniku ta’ aċċess għal firxa dejjem tikber ta’ data mill-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħra tal-UE. Id-data hija aċċessibbli għalik b'xejn u tista' terġa' tintuża għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, dment li s-sors ikun rikonoxxut.

Il-portal tad-data miftuħa tal-UE għandu l-għan li jippromwovi l-użu innovattiv tad-data u jisfrutta l-potenzjal ekonomiku tagħha. Huwa għandu wkoll l-għan li jħeġġeġ it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħra tal-UE.

Is-settijiet ta’ data

Sett ta’ data: metadata tar-reġistru pubbliku tal-Kunsill

Liċenzja: Avviż legali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)

Ir-reġistru pubbliku ta’ dokumenti tal-Kunsill ġie stabbilit fl-1999. Ir-reġistru fih referenzi għal dokumenti maħruġa mill-Kunsill minn dik id-data 'l hawn (eċċezzjonijiet japplikaw fir-rigward ta’ dokumenti klassifikati). Id-dokumenti pubbliċi jistgħu jitniżżlu wkoll mir-reġistru.

Bħala medja, jiżdiedu madwar 25 000 dokument fir-reġistru kull sena (lingwa oriġinali). L-informazzjoni relatata mad-dokumenti tal-Kunsill hija pubblika anke jekk il-kontenut ta’ dokument ma jkunx disponibbli għall-pubbliku.

Dan is-sett ta’ data fih il-metadata li ġejja dwar id-dokumenti tal-Kunsill:

  • l-istatus tal-pubblikazzjoni
  • il-kategorija tad-dokument
  • in-numru tad-dokument
  • is-suffiss
  • it-titolu
  • il-kodiċi interistituzzjonali
  • is-suġġett
  • l-oriġinatur (awtur)
  • id-destinatarju(i)
  • id-data tal-ħruġ
  • il-laqgħa relatata mad-dokument
  • il-lingwi tad-dokument

L-informazzjoni li tinsab f’dan is-sett ta’ data xorta tista’ tinbidel. Is-sett ta' data jiġi aġġornat kuljum.

Sett ta’ data: metadata tal-bażi ta’ data dwar talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill

Liċenzja: Avviż legali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)

Kull sena l-Kunsill jippubblika rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. Ir-rapport annwali fih informazzjoni statistika dwar it-talbiet għal aċċess pubbliku li jirċievi l-Kunsill. Bl-eċċezzjoni tad-data personali, l-informazzjoni dwar tali talbiet hija pubblika.

Dan is-sett ta’ data fih l-informazzjoni li ġejja dwar it-talbiet li jirċievi l-Kunsill għal aċċess pubbliku għad-dokumenti:

1. Informazzjoni ġenerali dwar l-applikant (anonimu)

  • l-attività professjonali tal-applikant
  • l-oriġini ġeografika

2. Informazzjoni ġenerali dwar it-talba

  • in-numru tat-talba
  • it-tip ta’ talba (talba inizjali, applikazzjoni konfermatorja)
  • id-data tat-talba
  • l-iskadenza għat-tweġiba
  • l-iskadenza estiża għat-tweġiba
  • id-data tat-tweġiba
  • l-isforz li jkun sar
  • is-segwitu
  • il-qasam(/l-oqsma) ta' politika

3. Informazzjoni dwar id-dokumenti mitluba

  • l-istatus tal-pubblikazzjoni (pubblika jew mhux)
  • it-tip ta’ tweġiba
  • il-kategorija tad-dokument
  • in-numru tad-dokument

L-informazzjoni li tinsab f’dan is-sett ta’ data xorta tista’ tinbidel. Is-sett ta' data jiġi aġġornat kuljum.

Sett ta' data: Votazzjonijiet tal-Kunsill dwar atti leġislattivi

Liċenzja: Avviż legali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)

Ir-reġistri tal-votazzjonijiet tal-Kunsill huma pubbliċi kull meta huwa jadotta att leġislattiv skont il-proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali. Bħala medja, il-Kunsill jadotta 120 att leġislattiv fis-sena.

Din il-bażi ta' data fiha mhux biss il-votazzjonijiet tal-Kunsill meta jadotta att leġislattiv iżda wkoll informazzjoni relatata ma’ dak l-att, bħal:

  • il-forma tal-adozzjoni (f’laqgħa tal-Kunsill jew permezz ta’ proċedura bil-miktub)
  • is-sessjoni tal-Kunsill
  • il-konfigurazzjoni tal-Kunsill
  • id-data tal-adozzjoni
  • il-qasam ta' politika
  • it-tip ta’ att (regolament, direttiva, deċiżjoni jew pożizzjoni)
  • in-numru tal-att (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE)
  • suġġett (titolu)
  • in-numru tad-dokument (ippreżentat lill-Kunsill għall-adozzjoni)
  • kodiċi interistituzzjonali
  • il-proċedura leġislattiva (proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali)
  • l-azzjoni mill-Kunsill (skont il-passi tal-proċedura leġislattiva)
  • ir-regola tal-votazzjoni (maġġoranza kwalifikata jew unanimità)

L-informazzjoni li tinsab f’dan is-sett ta’ data xorta tista’ tinbidel. Is-sett ta' data jiġi aġġornat kuljum.

Dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà

Dawn is-settijiet ta' data huma esklużivament għal skopijiet ta' informazzjoni. Huma biss awtentiċi l-minuti tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ atti leġislattivi u r-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament 1049/2001. Dawn id-dokumenti huma disponibbli permezz tar-reġistru pubbliku tal-Kunsill.

L-informazzjoni li tinsab f’dawn is-settijiet ta’ data xorta tista’ tinbidel.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu l-għan li jżomm din l-informazzjoni preċiża. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.