Identità viżiva

Segretarjat Ġenerali

L-identità viżiva tal-'familja tal-Kunsill' – il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, is-Summit tal-Euro, il-Grupp tal-Euro u s-SĠK - hi mibnija madwar logo komuni.

Dan huwa magħmul mill-bandiera Ewropea u immaġni tal-binja Europa, li mill-2016 'il quddiem ser tospita kemm lill-Kunsill Ewropew kif ukoll il-Kunsill. Bl-użu ta' immaġni tal-bini, il-Kunsill allinja l-identità viżiva tiegħu mal-istituzzjonijiet ewlenin l-oħra tal-UE, li jużaw elementi arkitettoniċi għal-logos tagħhom.

Bħall-bini nnifsu, il-logo jissimbolizza l-għaqda, il-kontinwità, id-diversità, il-qalb u d-dawl.

Il-logo fid-disinn oriġinali tiegħu ma jistax jintuża minn partijiet terzi ħlief bil-permess minn qabel.

Biex titlob permess biex tuża l-logo u ssir taf aktar dwar l-ispeċifikazzjonijiet grafiċi:

Ibgħat e-mail