Avviż ta' pożizzjoni vakanti

Segretarjat Ġenerali

Tabib(a) Kontrollur(a) (aġent temporanju — AD9) għad-Direttorat Ġenerali A tal-Kunsill, Kura tas-Saħħa u Servizzi Soċjali - Assenzi Għal Raġunijiet Mediċi

Ref: CONS/TA-AD/132

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (SĠK) qed ifittex Tabib(a) Kontrollur(a) responsabbli u b’esperjenza b’ħiliet ta’ komunikazzjoni tajba ħafna bil-Franċiż u bl-Ingliż, ħiliet ta’ soluzzjoni tal-problemi u ħiliet eċċellenti ta' ġudizzju f’sitwazzjonijiet kritiċi.

Qed noffru kuntratt temporanju ta’ massimu 4 sena, bil-possibbiltà li jiġġedded, f’ambjent ta' xogħol dinamiku & multilingwi.

Il-kompiti jinkludu:

  • Implimentazzjoni tal-politika dwar l-eżami mediku
  • Kontribut għall-iżvilupp tal-politika tas-SĠK f’oqsma relatati
  • Appoġġ lill-persunal li jerġa' lura għax-xogħol wara leave tal-mard.

Fejn

Brussell, il-Belġju

Applikazzjonijiet

Biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-avviż ta' pożizzjoni vakanti dettaljat u l-kriterji ta' eliġibbiltà ta' hawn taħt.

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija s-24 ta' Ottubru 2017 f' 12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.