Applika għal traineeship

Segretarjat Ġenerali

Applikazzjonijiet għal traineeships bi ħlas fl-2018

Il-perjodu ta’ applikazzjoni għall-ewwel perjodu ta' traineeships bi ħlas fl-2018 issa huwa magħluq. Xorta jista’ jkollok aċċess għall-applikazzjoni tiegħek.

L-ewwel perjodu ta' traineeship: mill-1 ta' Frar sat-30 ta' Ġunju 2018

  •  applika bejn il-11 ta' Settembru u s-16 ta' Ottubru 2017

Il-kandidati magħżula għall-ewwel perjodu ser jiġu kkuntattjati mhux aktar tard minn Diċembru 2017.

It-tieni perjodu ta' traineeship: mill-1 ta' Settembru 2018 sal-31 ta' Jannar 2019

  • applika bejn il-15 ta’ Jannar (12:00 nofsinhar GMT+1) u l-15 ta’ Marzu (12:00 nofsinhar GMT+1) 2018

Il-kandidati magħżula għat-tieni perjodu ser jiġu kkuntattjati minn Marzu 2018 'il quddiem.

Il-Kunsill jirċievi għadd kbir ta' applikazzjonijiet. Biex is-sistema ma titgħabbiex iżżejjed, jekk jogħġbok tistenniex sal-aħħar jum biex tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.

Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż. Sabiex tapplika jrid ikollok għarfien tajjeb ħafna ta' waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Applikazzjonijiet għal traineeships obbligatorji mingħajr ħlas fl-2018

L-ewwel perjodu ta' traineeship: mill-1 ta' Frar sat-30 ta' Ġunju 2018

  •  l-iskadenza għall-applikazzjonijiet hi l-1 ta' Ottubru 2017

It-tieni perjodu ta' traineeship: mill-1 ta' Settembru 2018 sal-31 ta' Jannar 2019

  • l-iskadenza għall-applikazzjonijiet hi l-1 ta' April 2018

Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż. Sabiex tapplika jrid ikollok għarfien tajjeb ħafna ta' waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Kuntatt

Għal aktar tagħrif tista' tikkuntattja lill-uffiċċju tat-traineeships: