L-akkwist fis-Segretarjat Ġenerali

Segretarjat Ġenerali

Min jista' japplika?

Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għal:

  • operaturi ekonomiċi rreġistrati fl-UE
  • iċ-ċittadini kollha tal-UE
  • l-operaturi ekonomiċi minn pajjiżi li mhumiex parti mill-UE li daħlu fi qbil mal-UE dwar il-ftuħ ta' swieq tal-akkwist pubbliku

Biex jikkwalifikaw biex jagħmlu offerta, l-operaturi ekonomiċi:

  • ma għandhomx ikunu falluti
  • ma jridux ikunu nstabu ħatja ta' ksur gravi tal-kondotta professjonali
  • iridu jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom għal ħlasijiet ta' taxxa u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
  • ma jridux ikunu nstabu ħatja ta' frodi, korruzzjoni, ħasil tal-flus, tħaddim tat-tfal, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi finanzjarji tal-UE
  • ma jridux ikunu rrappreżentaw ħażin xi informazzjoni b'mod frodulenti jew negliġenti
  • ma jridux ikunu ġew esklużi mis-sejħa għal offerti

L-istituzzjonijiet tal-UE spiss jużaw it-terminu "sejħiet" b'referenza għal proċeduri ta' sejħiet għal offerti. Dan it-terminu jkopri:

  • Sejħiet għall-offerti (avviżi ta' kuntratt ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali)
  • Sejħiet għal espressjoni ta' interess għall-għoti ta' kuntratti ta' forniment, servizz u xogħlijiet

L-għażla tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti u r-rekwiżiti ta' reklamar jiddependu fuq il-valur previst ta' kuntratt.

Kuntratti ta' aktar minn €135 000

L-avviżi ta' kuntratt għal sejħiet b'valur ta' aktar minn €135 000 jiġu ppubblikati wkoll fis-Sensiela S ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu kkonsultati online fil-bażi tad-data TED tal-UE.

Id-dokumenti dwar l-akkwist u informazzjoni oħra dwar is-sejħiet li għaddejjin huma disponibbli fit-taqsima eTendering tas-sit TED.

Nissuġġerulek tirreġistra fuq dan is-sit web biex ikollok aċċess għall-funzjonijiet kollha tiegħu.

Kuntratti minn €15 000 sa €135 000

Is-sejħiet għal offerti għal kuntratti b'valur bejn €15 000 u €135 000 jiġu rreklamati fuq din il-paġna elettronika taħt "sejħiet għal offerti attwali".

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-persuna mniżżla bħala l-punt ta' kuntatt fl-avviż tas-sejħa.

Kuntratti b'valur inqas minn €15 000

Il-kuntratti b'valur li ma jaqbiżx €15 000 jistgħu jingħataw permezz ta' proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt. Dawn l-opportunitajiet ma jiġux irreklamati, iżda jekk tkun magħruf fis-suq tista' tiġi mistieden tippreżenta offerta għal dan it-tip ta' kuntratt.

Formoli obbligatorji għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tas-Segretarjat Ġenerali

Sabiex tipparteċipa fil-proċeduri ta' akkwist tas-Segretarjat Ġenerali, inti mitlub timla formola ta' entità legali u formola ta' identifikazzjoni finanzjarja biex tagħtina d-data dwar il-kumpanija u d-dettalji bankarji tiegħek: