Laqgħa tal-Grupp tal-Euro, 09/05/2016

Grupp tal-Euro
  • Grupp tal-Euro
  • 09/05/2016
  • 15:00
  • Brussell

Riżultati ewlenin

Informazzjoni dwar il-laqgħa

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-ewwel rieżami tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja.

Huwa laqa’ pakkett ta’ riformi politiċi, li ser ikopru:

  • is-sistema tal-pensjonijiet
  • it-taxxa fuq id-dħul u l-VAT
  • miżuri dwar il-kont tal-pagi tas-settur pubbliku
  • l-istrateġija tal-privatizzazzjoni
  • Il-kwistjoni ta’ self improduttiv

Il-Grupp tal-Euro ikkonkluda li kienet meħtieġa aktar ħidma mill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Griegi dwar mekkaniżmu li jikkonċerna miżuri addizzjonali ta’ kontinġenza. Dawn il-miżuri ser jidħlu fis-seħħ biss jekk ikun meħtieġ aktar sforz biex jintlaħqu l-miri maqbula ta’ eċċess primarju.

Il-konklużjoni tal-ewwel rieżami ser twitti t-triq għall-iżborż ta’ assistenza finanzjarja ulterjuri għall-Greċja, wara l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet preċedenti mill-Greċja u l-proċeduri nazzjonali rilevanti fi stati membri oħra taż-żona tal-euro.

Passi li jmiss

Il-Grupp tal-Euro afferma mill-ġdid li, jekk meħtieġ, jinsab lest jikkunsidra, hekk kif jiġi konkluż l-ewwel rieżami, miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ħtiġijiet ta’ refinanzjament tal-Greċja. F'dan ir-rigward huwa qabel dwar għadd ta’ prinċipji gwida ġenerali u approċċ f'sekwenza, u assenja l-kompitu lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-Euro biex jaħdem fuq aktar dettalji.

Il-Grupp tal-Euro ser ikompli d-diskussjoni fil-laqgħa tiegħu li jmiss fl-24 ta' Mejju 2016.

Aġġornat l-aħħar fi 10/05/2016