Summit Soċjali Tripartitiku, 18/10/2017

Kunsill Ewropew
  • Kunsill Ewropew
  • 18/10/2017
  • Preseduta minn Donald Tusk

It-tema ewlenija ta’ din il-laqgħa tas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi hija ‘Insawru l-futur tal-Ewropa: insaħħu r-reżiljenza u nippromwovu l-progress ekonomiku u soċjali għal kulħadd’.

Id-diskussjonijiet ser ikunu ffukati fuq tliet oqsma:

  • id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa
  • il-progress miksub u l-modi biex jittejjeb l-involviment tas-sħab soċjali f’politiki u riformi fuq livell nazzjonali
  • l-investiment fit-tagħlim f’ekonomija u f'soċjetà diġitali.

Programm

14:00

Laqgħa (il-bini Europa)

17:00

Ritratt tal-grupp (il-bini Europa)

17:15

Konferenza stampa (il-bini Europa)

X'inhu s-Summit Soċjali Tripartitiku?

Huwa forum għal djalogu bejn l-Istituzzjonijiet tal-UE fil-livell ta' presidenti u s-sħab soċjali Ewropej fl-ogħla livell ta' tmexxija. Is-summit huwa kopresedut mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap ta' Stat jew ta' Gvern tal-presidenza b'rotazzjoni; din id-darba dan tal-aħħar huwa l-Prim Ministru Estonjan.

L-impjegaturi huma rappreżentati minn BusinessEurope, miċ-Ċentru Ewropew għal Min Iħaddem u għall-Intrapriżi li jipprovdu Servizzi Pubbliċi (CEEP) u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME).

It-trade unions huma rappreżentati mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC).

Aġġornat l-aħħar fi 16/10/2017