Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun - konferenza ta' Brussell, 04-05/04/2017

Kunsill tal-UE
  • Kunsill tal-UE
  • 04-05/04/2017
  • Brussell

Riżultati ewlenin

Fil-5 ta' April 2017, l-Unjoni Ewropea, il-Ġermanja, il-Kuwajt, in-Norveġja, il-Qatar, ir-Renju Unit u n-Nazzjonijiet Uniti ippresedew b’mod konġunt il-Konferenza ta' Brussell dwar l-Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun.

“L-investiment tal-ħidma politika fl-appoġġ għal riżoluzzjoni tal-kriżi huwa essenzjali biex jiġi żgurat futur demokratiku u liberu għas-Sirja u l-poplu tagħha. Is-Sirjani biss jistgħu jagħmlu l-ftehim li ser jiżgura l-paċi. Iżda l-impenn tal-lum mill-komunità internazzjonali u r-reġjun biex jappoġġahom fil-kisba ta’ futur ta’ paċi huwa essenzjali. Illum aħna konna ċari li l-paċi sostenibbli u inklużiva fis-Sirja għas-Sirjani tibqa’ l-objettiv tal-ħidma komuni tagħna kollha.

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-kunflitt fis-Sirja wassal għal qerda u tbatija umana fuq skala enormi. Fil-jum wara l-attakki fuq Khan Sheikhun, il-konferenza kkundannat l-użu tal-armi kimiċi mill-Gvern Sirjan u l-ISIL/Daesh, kif identifikat mill-Mekkaniżmu Investigattiv Konġunt tan-NU u l-OPCW, kif ukoll l-attakki tal-ġurnata ta’ qabel. L-użu tal-armi kimiċi jkun minn min ikun, ikun fejn ikun, għandu jieqaf immedjatament.

Il-kopresidenti adottaw dikjarazzjoni konġunta, inkluż annessi speċifiċi dwar l-appoġġ għar-reżiljenza tal-pajjiżi ospitanti u r-refuġjati fil-kuntest tal-kriżi tas-Sirja, għall-Ġordan u għal-Libanu.

Il-parteċipanti qablu li sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet kbar tal-popolazzjonijiet ġewwa s-Sirja u fil-pajjiżi ġirien, u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunitajiet ospitanti, jinħtieġu appoġġ finanzjarju sinifikanti kif ukoll approċċi innovattivi u olistiċi. Il-ġenerożità tal-parteċipanti wasslet għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet li jammontaw għal $6 biljun (€5.6 biljun) għall-2017.

Il-konferenza saret fil-livell ministerjali, u ġabret flimkien 70 pajjiż, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili.

Fl-4 ta’ April ġew organizzati mill-UE u l-kopresidenti, flimkien ma’ aġenziji tan-NU, organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u atturi ewlenin mill-komunità tal-NGOs u s-soċjetà ċivili, sessjonijiet tematiċi paralleli li ffokaw fuq aspetti diversi tal-appoġġ internazzjonali mogħti b’reazzjoni għall-kriżi fis-Sirja u r-reġjun.

08:30

Sessjoni tematika - is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja: ħtiġijiet, sfidi u t-triq 'il quddiem

Post: Bini Residence Palace

Diskors tal-ftuħ mill-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet, Christos Stylianides.

15:30

Sessjoni tematika - appoġġ għar-reżiljenza tal-pajjiżi ospitanti u r-refuġjati fil-kuntest tal-kriżi fis-Sirja

Post: Bini Residence Palace

Diskors tal-għeluq mill-Kummissarju Ewropew għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn.

07:30

Il-wasla tad-delegazzjonijiet / dikjarazzjonijiet mal-wasla

Post: Il-bini Europa.

09:00

Sessjoni tal-ftuħ

Tinkludi dikjarazzjonijiet minn:

  • Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, António Guterres
  • Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini
  • Il-Prim Ministri tal-pajjiżi ġirien tas-Sirja: Hani Al-Mulki tal-Ġordan u Saad Al-Hariri tal-Libanu
  • Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ kopresidenti oħrajn: Sigmar Gabriel tal-Ġermanja; Sheikh Sabah Khalid Al Hamad Al Sabah tal-Kuwajt, Børge Brende tan-Norveġja, Sheikh Mohammed bin Abdulrahman Al-Thani tal-Qatar, Boris Johnson tar-Renju Unit
10:15

Ritratt tal-grupp

10:45

Appoġġ għall-futur tas-Sirja

Din is-sessjoni ġiet ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini.

13:45
14:20

Inawgurazzjoni tal-wirja dwar ir-rikostruzzjoni tal-wirt kulturali Rising from destruction - Ebla-Nimrud-Palmyra

Il-bini Justus Lipsius

14:30

Appoġġ lir-reġjun u r-refuġjati - implimentazzjoni tal-impenji ta' Londra u t-triq 'il quddiem

Introduzzjoni u konklużjoni mill-Kummissarju tal-UE għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn.
Din is-sessjoni ġiet ippreseduta b’mod konġunt mill-Ġermanja, il-Qatar u r-Renju Unit.

16:15

Sirja - assistenza umanitarja u reżiljenza

Introduzzjoni u konklużjoni mill-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet, Christos Stylianides.
Din is-sessjoni ġiet ippreseduta b’mod konġunt min-Norveġja u l-Kuwajt

18:00

Kummenti tal-għeluq

Il-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet, Christos Stylianides

Aġġornat l-aħħar fi 11/04/2017