Summit UE-Ċina, 01-02/06/2017

Summit internazzjonali
  • Summit internazzjonali
  • 01-02/06/2017
  • Brussell

Id-19-il summit bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina sar fl-1 u t-2 ta’ Ġunju fi Brussell.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irrappreżentaw l-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċina kienet irrappreżentata mill-Prim Ministru Li Keqiang.

Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina. L-UE u ċ-Ċina rriaffermaw il-kooperazzjoni tagħhom biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-appoġġ tagħhom għall-Ftehim ta’ Pariġi.

“Qed inżidu l-kooperazzjoni tagħna maċ-Ċina fir-rigward tat-tibdil fil-klima. Dan ifisser li llum, iċ-Ċina u l-Ewropa wrew solidarjetà mal-ġenerazzjonijiet futuri u responsabbiltà għall-pjaneta kollha.”

Il-President Donald Tusk fil-konferenza stampa wara s-summit bejn l-UE u ċ-Ċina

Il-mexxejja kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politika barranija u l-isfidi għas-sigurtà, inkluż is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana. Iddiskutew ukoll modi kif titjieb il-kooperazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli bilaterali u internazzjonali.

Fil-marġni tas-summit, kien hemm summit dwar in-negozju bejn l-UE u ċ-Ċina.

Ara wkoll:

Aġġornat l-aħħar fi 06/06/2017