Ara l-kontenut
Abbonament bl-email
Il-President Tusk jitkellem fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, 20 ta’ Settembru 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, indirizza l-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) f’isem l-UE fl-20 ta’ Settembru 2017.

Fid-diskors tiegħu lill-assemblea, il-President Tusk iffoka fuq:

  • l-importanza tat-tisħiħ tas-sistema tan-NU bħala s-sinsla tal-ordni globali bbażata fuq ir-regoli
  • il-ħtieġa li jkun hemm id-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana b’mod paċifiku
  • il-kontribut tal-UE biex titratta l-kriżi tar-refuġjati u aktar azzjonijiet meħtieġa biex jitwaqqfu l-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin
  • il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra t-terroriżmu u jiżdiedu l-isforzi biex tiġi indirizza r-radikalizzazzjoni
  • l-impenn tal-UE biex jiġi implimentat malajr u bis-sħiħ il-Ftehim ta’ Pariġi

Fid-19 ta’ Settembru, il-President Tusk tkellem fl-avveniment ta' livell għoli dwar il-Patt Dinji għall-Ambjent. Huwa esprima l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva: “L-UE u l-Istati Membri tagħha ser ikunu lesti biex jgħinu f’dan it-tfassil b’moħħ miftuħ”, huwa qal. Donald Tusk appella wkoll “għal implimentazzjoni fil-pront u komprensiva tal-ftehim ta’ Pariġi”.

Fil-marġni tal-AĠNU, il-President Tusk kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ bilateralment ma’ mexxejja oħra. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-laqgħat bilaterali, ara l-programm hawn taħt.

Prijoritajiet tal-UE fl-Assemblea Ġenerali tan-NU

F’Lulju, il-Kunsill adotta l-prijoritajiet tal-UE għan-NU u għat-72 Assemblea Ġenerali tan-NU, li jiffokaw fuq:

  • it-tisħiħ u r-riforma tan-NU u l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli
  • it-trawwim tal-paċi u l-investiment fil-prevenzjoni tal-konflitti
  • it-titjib fil-kooperazzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu
  • il-promozzjoni tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari
  • l-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-migranti u r-refuġjati, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp

Programm

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mar-Re Abdullah II tal-Ġordan qabel l-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, 17 ta’ Settembru 2017
Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mar-Re Abdullah II tal-Ġordan qabel l-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, 17 ta’ Settembru 2017
Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, jiddiskuti ma’ Tshering Tobgay, Prim Ministru tal-Bhutan
Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, jiddiskuti ma’ Tshering Tobgay, Prim Ministru tal-Bhutan
Il-President Donald Tusk mal-Prim Ministru ta' Fiġi Josaia Voreqe Bainimarama
Il-President Donald Tusk mal-Prim Ministru ta' Fiġi Josaia Voreqe Bainimarama
Il-President Tusk mal-Prim Ministru tal-Georgia Giorgi Kvirikashvili
Il-President Tusk mal-Prim Ministru tal-Georgia Giorgi Kvirikashvili

Laqgħa mal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Ġordan, Abdullah II bin Al-Hussein

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Bhutan Tshering Tobgay

Laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Fiġi Josaia Voreqe Bainimarama

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Georgia Giorgi Kvirikashvili

Riċeviment ta' merħba

Ftuħ tat-72 Assemblea Ġenerali tan-NU

Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, ma' Hashim Thaçi, President tal-Kosovo
Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, ma' Hashim Thaçi, President tal-Kosovo
Il-President Tusk jiddiskuti mal-President tal-Eġittu Abdel Fattah el-Sisi
Il-President Tusk jiddiskuti mal-President tal-Eġittu Abdel Fattah el-Sisi
Donald Tusk jiltaqa' mal-President tal-Kosta tal-Avorju Alassane Ouattara
Donald Tusk jiltaqa' mal-President tal-Kosta tal-Avorju Alassane Ouattara

Laqgħa mal-President tal-Kosovo Hashim Thaçi

Laqgħa mal-President tal-Eġittu Abdel Fattah el-Sisi

Laqgħa mal-President tal-Kosta tal-Avorju Alassane Ouattara

Ikla statali ospitata mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Antonio Guterres

Il-President Tusk mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May
Il-President Tusk mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May
Donald Tusk mal-President tal-Ukrajna, Petro Poroshenko
Donald Tusk mal-President tal-Ukrajna, Petro Poroshenko

Laqgħa mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May

Laqgħa mal-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko

Avveniment ta’ Livell Għoli dwar il-Patt Dinji għall-Ambjent

Diskors fl-avveniment ta’ Livell Għoli dwar il-Patt Dinji għall-Ambjent

Riċeviment fid-delegazzjoni tal-UE għan-NU - It-30 anniversarju ta’ ERASMUS

Il-President Tusk jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-AĠNU
Il-President Tusk jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-AĠNU

Diskors waqt id-dibattitu fit-72 Assemblea Ġenerali tan-NU

Ara wkoll