Politiki

Assistenza finanzjarja għall-istati membri taż-żona tal-euro

L-istati membri taż-żona tal-euro li jġarrbu diffikultajiet ta' finanzjament jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, b’ċerti kundizzjonijiet.

 

Athena - il-finanzjament tal-operazzjonijiet militari ta' sigurtà u ta' difiża

Athena huwa l-mekkaniżmu tal-UE li jittratta l-finanzjament ta' spejjeż komuni marbutin ma' operazzjonijiet militari tal-UE skont il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) tal-UE

Baġit tal-UE

Il-baġit annwali jistabbilixxi l-infiq u d-dħul tal-UE għal sena waħda u jiżgura l-finanzjament tal-programmi u l-azzjonijiet tal-UE.

 

Bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva

Il-Kunsill qed jaħdem dwar inizjattiva leġislattiva mnedija mill-ġdid li tistabbilixxi bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva fl-UE.

Biedja organika

Il-biedja organika hi biedja li ssegwi prattiki maħsubin biex inaqqsu kemm jista' jkun l-impatt tal-bniedem fuq l-ambjent, filwaqt li jiġi żgurat li s-sistema agrikola topera b'mod kemm jista' jkun naturali.

Brexit

L-UE u r-Renju Unit wara r-referendum tat-23 ta’ Ġunju 2016.

Dħul fiż-żona tal-euro

Biex ikunu jistgħu jidħlu fiż-żona tal-euro, l-istati membri tal-UE huma meħtieġa jissodisfaw l-hekk imsejħa 'kriterji ta' konverġenza' - kondizzjonijiet ekonomiċi u legali.

Dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal riċerka, studju u taħriġ

Informazzjoni rigward id-direttiva l-ġdida dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza għal studenti u riċerkaturi u l-kronoloġija tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill.

Eżami tal-kompetittività

Tagħrif dwar il-proċess li għaddej li jwettaq eżami tas-saħħa tal-aspetti u s-setturi importanti tal-ekonomija tal-UE.

Fondi tas-suq monetarju

Regoli biex il-fondi tas-suq monetarju tal-UE jsiru aktar reżiljenti u jkunu kapaċi jifilħu għax-xokkijiet tas-suq

Ftehim dwar tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet huwa sett ta’ għodod maħsuba biex itejbu l-mod kif l-UE tilleġisla u jiżguraw li l-leġislazzjoni tal-UE taqdi liċ-ċittadini u lin-negozji aħjar.

Ftehim ta' Cotonou

Il-Ftehim ta' Cotonou huwa l-qafas globali għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).

Ġlieda tal-UE kontra t-terroriżmu

Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu, ir-rwol tal-Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u l-oqsma attwali ta' azzjoni, inkluż ġellieda barranin.

Ikel ġdid

Tagħrif fuq il-leġislazzjoni proposta dwar ikel ġdid, maħsuba sabiex jiġu aġġornati r-regoli eżistenti li jmorru lura għall-1997.

Il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut tal-UE

L-UE tiġġestixxi l-istokkijiet tal-ħut permezz tas-sistema tal-ġestjoni tas-sajd u l-politika komuni tas-sajd tagħha. Informazzjoni dwar ir-rwol tal-Kunsill f'dan il-qasam.

  • Suġġett(i):
  • Sajd

Il-Pakkett dwar is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti: regoli aktar intelliġenti għal ikel aktar sikur

Sfond tal-pakkett tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, li għandu jimmodernizza r-regoli attwali u jtejjeb l-istandards tas-sigurtà tal-ikel, u dwar l-istat attwali fil-Kunsill.

Il-pakkett ta' politika dwar l-arja nadifa: Intejbu l-kwalità tal-arja tal-Ewropa

Informazzjoni dwar il-pakkett ta' politika dwar l-arja nadifa, li għandu l-għan li jnaqqas it-tniġġis tal-arja u jtejjeb il-kwalità tal-arja fl-UE, u dwar l-istat tad-diskussjonijiet fil-Kunsill. 

Impjieg taż-żgħażagħ

L-UE u l-istati membri tagħha jistabbilixxu miżuri konkreti biex iż-żgħażagħ Ewropej jerġgħu jibdew jaħdmu.

Indirizzar tat-tibdil fil-klima fl-UE

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-imminimizzar tal-effetti tiegħu huma prijorità għall-UE. Sfond għall-prijoritajiet tal-Kunsill u l-attivitajiet attwali f'dan il-qasam.  

Ir-raba’ pakkett ferrovjarju: It-titjib tal-ferroviji tal-Ewropa

Informazzjoni dwar il-proposti għar-raba' pakkett ferrovjarju biex jiġu mmodernizzati u rriformati l-ferroviji domestiċi tal-Ewropa, u dwar l-istat attwali tad-diskussjonijiet fil-Kunsill.