It-terroriżmu jhedded is-sigurtà tagħna, il-valuri tas-soċjetajiet demokratiċi tagħna u d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini Ewropej.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija prijorità ewlenija għall-UE u l-istati membri tagħha kif ukoll is-sħab internazzjonali tagħha.

142attakki terroristiċi li fallew, tħarbtu jew twettqu fl-2016
1002persuni arrestati fuq reati terroristiċi fl-2016

Lista tal-UE tat-terroristi

Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru 2001, l-UE stabbilixxiet lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi u soġġetti għal miżuri restrittivi.

Rispons għall-ġellieda barranin

L-UE adottat approċċ komprensiv biex tindirizza l-kwistjoni ta’ ġellieda barranin.

L-azzjonijiet reċenti f’dan il-qasam jinkludu:

  • regoli msaħħa sabiex jiġu evitati forom ġodda ta’ terroriżmu
  • kontrolli msaħħa fuq il-fruntieri esterni
  • kontrolli mtejba fuq l-armi tan-nar
  • il-ħolqien ta’ korp iddedikat biex titrażżan il-propaganda terroristika online

Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu

Gilles de Kerchove, ilu l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu sa mill-2007.

Huwa inkarigat:

  • jikkoordina l-ħidma tal-Kunsill tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu
  • jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu
  • jiżgura li l-UE jkollha rwol attiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

Strateġija tal-UE kontra t-terroriżmu

Fl-2005, il-Kunsill adotta l-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu biex tiġġieled it-terroriżmu globalment u tagħmel l-Ewropa aktar sigura.

L-istrateġija tiffoka fuq erba’ pilastri:

  • prevenzjoni
  • protezzjoni
  • insegwiment
  • rispons

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

F’Mejju 2015, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw regoli ġodda biex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

F’Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet proposta biex jiġu emendati r-regoli eżistenti biex tkompli ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew bħalissa qed jeżaminaw il-proposta.

Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri

Fil-21 ta’ April 2016, il-Kunsill adotta direttiva li tarmonizza l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) fl-UE.

Id-direttiva tistabbilixxi li d-data tal-PNR għandha tintuża biss għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja.