Akkreditazzjoni

Akkreditazzjoni għal summits u avvenimenti ta' livell għoli

Valida għal: Laqgħat tal-Kunsill Ewropew (summits) u laqgħat internazzjonali oħrajn ta’ livell għoli

Bħalissa m'hemmx avvenimenti li għalihom hija miftuħa l-akkreditazzjoni.

Akkreditazzjoni standard

Valida għal: Laqgħat tal-Kunsill (fil-livell ministerjali) u kwalunkwe laqgħa oħra, bl-eċċezzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u laqgħat ta' livell għoli.

Akkreditazzjoni ta’ ġurnata

Tista' tinkiseb mill-uffiċċju tas-sigurtà fid-daħla taċ-ċentru stampa. Jekk jogħġbok ġib miegħek id-dokumenti li ġejjin:

  • passaport jew karta tal-identità valida
  • kard tal-istampa valida jew ittra ffirmata mill-kap editur tal-organizzazzjoni tal-media tiegħek li tikkonferma l-istatus tiegħek bħala ġurnalist u ssemmi liema avveniment qed tirrapporta dwaru

Badge interistituzzjonali tal-UE

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom skema konġunta ta' akkreditazzjoni għall-korrispondenti bbażati fi Brussell. Din hija amministrata mill-Kummissjoni Ewropea.

Badge tal-istampa ta’ 6 xhur

Disponibbli biss għal ċittadini tal-UE residenti fil-Belġju jew ċittadini mhux tal-UE li għexu fil-Belġju għal tal-inqas 5 snin.

Din il-badge hija valida għal-laqgħat kollha tal-Kunsill Ewropew u laqgħat oħra ta’ livell għoli. B'din il-badge ma jkollokx aktar għalfejn tapplika separatament għal akkreditazzjoni għal kull avveniment.

L-akkreditazzjonijiet għall-badge ta' sitt xhur għat-tieni nofs tal-2017 issa huma magħluqa.
Għal dawk li applikaw, il-badges jistgħu jinġabru mill-5 sal-20 ta’ Lulju 2017 mill-bank tal-akkreditazzjoni tal-bini Justus Lipsius jew, waqt is-summits, fiċ-ċentru tal-akkreditazzjoni tal-bini LEX.

Għal aktar tagħrif, ikkuntattja l-uffiċċju stampa:

Tel. +32 (0) 2 281 9000

Fax +32 (0) 2 281 8541

press.centre@consilium.europa.eu