Streaming dirett, filmati u ritratti

Segretarjat Ġenerali

Is-servizz tal-istampa joffri rapportaġġ b'filmati u ritratti tal-avvenimenti u l-laqgħat ewlenin kollha li jsiru fil-Kunsill u fil-Kunsill Ewropew.

Filmati u ritratti

Jekk għandek bżonn ritratti ta' avvenimenti li saru qabel l-1 ta' Novembru 2014, ibgħatilna posta elettronika.

Il-Kamra tal-aħbarijiet tagħtik aċċess għal filmati ta' kwalità għat-trasmissjoni (MPEG-4), li huma bla ħlas, ħielsa mid-drittijiet tal-awtur u faċli biex jitniżżlu, inklużi wasliet ta' personalitajiet, konferenzi stampa, ritratti arkivjati u illustrattivi.

Hemmhekk issib ukoll ritratti bla ħlas u b'riżoluzzjoni għolja ta' avvenimenti ewlenin.

Tista' tużahom bil-kundizzjoni li jiġi indikat is-sors - il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Streaming dirett

Tista' tara s-sessjonijiet pubbliċi tal-Kunsill diretti bil-lingwi kollha tal-UE permezz tal-webcast tagħna. Tista' wkoll tara s-sessjonijiet irrekordjati.

Tista' wkoll issegwi l-avvenimenti ewlenin tal-istampa bħall-konferenzi stampa jew il-wasliet ta' personalitajiet.